+Artikolu 5 10.

Artikolu 5 10.

Meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza ma’ liġijiet oħra tal-Unjoni u għandha:

(a) 

tieħu kont ta’:

(i) 

il-prijoritajiet tal-Unjoni għall-klima, l-ambjent, l-effiċjenza enerġetika, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-sigurtà, inkluża l-ekonomija ċirkolari mhux tossika, u prijoritajiet u miri relatati oħra tal-Unjoni;

(ii) 

il-liġi rilevanti tal-Unjoni, inkluż sa liema punt tindirizza l-aspetti rilevanti tal-prodott;

(iii) 

il-ftehimiet internazzjonali rilevanti;

(iv) 

il-miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni;

(v) 

il-liġi ambjentali nazzjonali rilevanti;

(vi) 

l-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti;

(b) 

twettaq valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq l-aħjar evidenza u analiżi disponibbli, u fejn xieraq fuq studji u riżultati tar-riċerka addizzjonali prodotti permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn rigward ċerti aspetti tal-prodotti ma għandux jiġi mdewwem bla bżonn minn inċertezzi rigward il-possibbiltà li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn biex jittejbu aspetti oħra tal-prodott ta’ dak il-prodott. Fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha:

(i) 

tindika l-metodoloġija użata;

(ii) 

tiżgura li l-aspetti tal-prodott kollha jiġu analizzati u li l-profondità tal-analiżi tal-aspetti tal-prodott tkun proporzjonata għas-sinifikat tagħhom għall-prodott ikkonċernat;

(iii) 

tiżgura li jiġu analizzati l-interdipendenzi bejn l-aspetti differenti tal-prodott;

(iv) 

tistabbilixxi l-bidliet mistennija f’termini ta’ impatti ambjentali, inkluż ikkwantifikati bħala impronta tal-karbonju u ambjentali kull meta jkun possibbli;

(v) 

tanalizza d-disponibbiltà tal-materja prima għas-settur tar-rinnovazzjoni, fejn xieraq;

(vi) 

tanalizza kwalunkwe impatt rilevanti fuq is-saħħa tal-bniedem;

(vii) 

tikkunsidra l-livell minimu ta’ prestazzjoni ta’ prodott jew ta’ grupp ta’ prodotti, meħtieġa sabiex fil-futur jintlaħqu l-prijoritajiet tal-Unjoni kif elenkati fil-punt (a)(i);

(c) 

tqis l-informazzjoni teknika rilevanti użata bħala bażi għal-liġi tal-Unjoni jew għal strumenti tal-Unjoni jew derivata minnhom, inkluż ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, id-Direttiva 2010/75/UE, il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar adottati skont ir-Regolament (UE) 2020/852 u l-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku;

(d) 

tqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali;

(e) 

tqis il-fehmiet espressi mill-Forum dwar l-Ekodisinn imsemmi fl-Artikolu 19 u l-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri msemmi fl-Artikolu 20.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.