+Artikolu 7 5.

Artikolu 7 5.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-paragrafu 6, il-punt (b), ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom jagħmluha possibbli li jiġu ttraċċati s-sustanzi ta’ tħassib, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti kkonċernati, sakemm tali traċċar ma jkunx diġà possibbli skont ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti f’att delegat ieħor adottat skont l-Artikolu 4 li jkopri l-prodotti kkonċernati, u għandhom jinkludu mill-anqas dan li ġej:

(a) 

L-isem jew il-kodiċi numeriku tas-sustanzi ta’ tħassib preżenti fil-prodott, kif ġej:

(i) 

l-isem fin-nomenklatura tal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC), jew isem internazzjonali ieħor meta l-isem IUPAC ma jkunx disponibbli;

(ii) 

ismijiet oħra, inkluż l-isem tas-soltu, l-isem kummerċjali, l-abbrevjazzjoni;

(iii) 

in-numru tal-Komunità Ewropea (KE), kif indikat fl-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (EINECS), il-Lista Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS) jew il-lista ta’ Mhux Aktar Polimeri (NLP) jew in-numru assenjat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), jekk ikun disponibbli u xieraq;

(iv) 

l-isem u n-numru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS), jekk disponibbli;

(b) 

il-post fejn jinsabu s-sustanzi ta’ tħassib fil-prodott;

(c) 

il-konċentrazzjoni, il-konċentrazzjoni massima jew il-firxa ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib, fil-livell tal-prodott, il-komponenti rilevanti tiegħu, jew l-ispare parts;

(d) 

istruzzjonijiet rilevanti għall-użu sikur tal-prodott;

(e) 

informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-immaniġġar ambjentalment korrett tal-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.

Il-Kummissjoni tista’, fejn ikun xieraq għall-grupp ta’ prodotti kkonċernati, tistabbilixxi limiti minimi għal meta għandu japplika r-rekwiżit ta’ informazzjoni rigward is-sustanzi ta’ tħassib.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.