+Artikolu 12
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.

Artikolu 12

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
L-identifikaturi uniċi tal-operatur imsemmija fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punti (g) u (h), u l-identifikaturi uniċi tal-faċilità msemmija fl-Anness III, il-punt (i), għandhom jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punt (c), u t-tieni paragrafu jew standards Ewropej jew internazzjonali ekwivalenti, sakemm ir-referenzi tal-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 12 2.
Meta identifikatur uniku tal-operatur imsemmi fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punt (h), ikun għadu mhux disponibbli, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jitlob identifikatur uniku tal-operatur f’isem l-attur rilevanti u għandu jipprovdi li dak l-attur b’dettalji sħiħa tal-identifikatur uniku tal-operatur ladarba jinħareġ

Qabel ma joħroġ talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jfittex konferma mingħand dak l-attur rilevanti li ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku tal-operatur.

Artikolu 12 3.
Meta identifikatur uniku tal-faċilità msemmi fl-Anness III, l-ewwel paragrafu, il-punt (i), ikun għadu mhux disponibbli, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jitlob identifikatur uniku tal-faċilità f’isem l-attur responsabbli għall-post jew għall-bini rilevanti u għandu jipprovdi lil dak l-attur bid-dettalji kollha tal-identifikatur uniku tal-faċilità ladarba jinħareġ.

Qabel ma joħroġ talba kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-operatur ekonomiku li joħloq jew jaġġorna l-passaport diġitali tal-prodotti għandu jfittex konferma mill-attur rilevanti li ma jeżisti l-ebda identifikatur uniku.

Artikolu 12 4.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli u proċeduri relatati mal-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-identifikaturi uniċi u tal-mezzi ta’ data. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati għandhom:

(a) 

jistabbilixxu regoli għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jsiru aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data; u

(b) 

jistabbilixxu regoli għall-operaturi ekonomiċi li jixtiequ joħolqu l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data tagħhom stess mingħajr ma jiddependu fuq aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data.

Artikolu 12 5.

L-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jistabbilixxu:

(a) 

il-kriterji għall-aġenziji emittenti għall-identifikaturi uniċi u għall-mezzi ta’ data;

(b) 

ir-rwoli ta’ aġenzija emittenti għall-identifikaturi uniċi u għall-mezzi ta’ data;

(c) 

ir-regoli biex jiġi żgurat li l-identifikaturi uniċi u l-mezzi ta’ data jkunu affidabbli, verifikabbli u uniċi globalment;

(d) 

ir-regoli dwar il-ħolqien, iż-żamma, l-aġġornament u l-irtirar ta’ identifikaturi uniċi u mezzi ta’ data;

(e) 

ir-regoli relatati mal-ġestjoni tad-data.

Artikolu 12 6.

Meta tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri kif imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha:

(a) 

tfittex li tiżgura l-interoperabbiltà bejn l-approċċi differenti;

(b) 

tqis l-istandards u s-soluzzjonijiet tekniċi eżistenti rilevanti;

(c) 

tiżgura li r-regoli u l-proċeduri stabbiliti jibqgħu, kemm jista’ jkun, teknoloġikament newtrali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.