+Artikolu 30
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.

Artikolu 30

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Meta jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jaġixxu bl-attenzjoni dovuta fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli.
Artikolu 30 2.

Qabel ma jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:

(a) 

il-prodott ikollu l-markatura CE skont l-Artikoli 45 u 46 jew il-markatura tal-konformità adottata f’konformità mal-Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu, il-punt (d), u, meta rilevanti, ikun ittikkettat jew ikun marbut ma’ passaport diġitali tal-prodotti f’konformità ma’ dawk l-att delegat;

(b) 

il-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet diġitali, f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-klijenti, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u li tali struzzjonijiet ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita l-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(7), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw mutatis mutandis; u

(c) 

il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6) u fl-Artikolu 29.

Artikolu 30 3.
Meta d-distributuri jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott, qabel ma jagħmluh disponibbli fis-suq, ma jkunx konformi, jew il-manifattur tiegħu ma jkunx qed jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm il-prodott ma jkunx sar konformi jew il-manifattur ma jkunx ikkonforma.

Id-distributuri għandhom jiżguraw li, filwaqt li prodott ikun fir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport ma jipperikolawx il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4.

Artikolu 30 4.
Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li huma jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4 għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex il-prodott isir konformi, jirtirawh jew issir sejħa lura tiegħu, jekk xieraq.

Id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli dwar in-nuqqas ta’ konformità suspettat u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.

Artikolu 30 5.
Id-distributuri għandhom, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdu lill-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha li għandhom aċċess għalihom u li huma rilevanti biex tintwera l-konformità ta’ prodott. Dik l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni għandhom jiġu pprovduti f’forma stampata jew f’forma elettronika, fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba minn dik l-awtorità.

Id-distributuri għandhom jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1781
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.