|
+Artikolu 30 2. |
Artikolu 30 2.Qabel ma jagħmlu prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4 disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:
(a)
il-prodott ikollu l-markatura CE skont l-Artikoli 45 u 46 jew il-markatura tal-konformità adottata f’konformità mal-Artikolu 4(6), it-tielet subparagrafu, il-punt (d), u, meta rilevanti, ikun ittikkettat jew ikun marbut ma’ passaport diġitali tal-prodotti f’konformità ma’ dawk l-att delegat;
(b)
il-prodott ikun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u mill-istruzzjonijiet diġitali, f’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-klijenti, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u li tali struzzjonijiet ikunu ċari, jinftiehmu u jinqraw u jinkludu mill-anqas l-informazzjoni stabbilita l-Artikolu 7(2), il-punt (b)(ii), kif speċifikat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4; l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 27(7), ir-raba’ u l-ħames subparagrafi, għandhom japplikaw mutatis mutandis; u
(c)
il-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(5) u (6) u fl-Artikolu 29. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|