+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 (a)
---+Artikolu 1 (b)
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 (a)
---+Artikolu 1 (b)
---+Artikolu 1 (c)
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 (a)
|
jistabbilixxi regoli nondiskriminatorji għall-kundizzjonijiet tal-aċċess għas-sistemi tal-gass naturali u tal-idroġenu li jqisu l-karatteristiċi speċjali tas-swieq nazzjonali u reġjonali, bil-għan li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-swieq interni għall-gass naturali u l-idroġenu u jikkontribwixxu għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija; kif ukoll
|
|
Artikolu 1 (b)
|
jiffaċilita l-emerġenza u l-operazzjoni ta’ swieq għall-gass naturali u l-idroġenu li jiffunzjonaw tajjeb u li huma trasparenti b’livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista u jipprovdi mekkaniżmi li bihom jiġu armonizzati r-regoli ta’ aċċess għan-network għal skambju transfruntier ta’ gass naturali u idroġenu.
|
|
Artikolu 1 2
|
L-objettivi msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu:
|
|
Artikolu 1 (a)
|
l-istabbiliment tal-prinċipji armonizzati għat-tariffi, jew il-metodoloġiji biex jiġi ssottolinjat il-kalkolu tat-tariffi, għall-aċċess għan-network tal-gass naturali, bl-esklużjoni tal-faċilitajiet tal-ħażna,
|
|
Artikolu 1 (b)
|
l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi u prinċipji armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-amministrazzjoni tal-konġestjoni,
|
|
Artikolu 1 (c)
|
l-istabbiliment tar-rekwiżiti tat-trasparenza, ir-regoli għall-ibbilanċjar u ħlasijiet dovuti għal żbilanċi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kapaċità.
|
|
Artikolu 1 3
|
Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(5) tiegħu, għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali u tal-idroġenu msemmija fl-Artikolu 33(3) jew (4) jew l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
|
|
Artikolu 1 4
|
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu entità jew korp stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2024/1788, għall-fini li jwettqu funzjoni waħda jew aktar li tipikament ikunu attribwiti lill-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew lill-operatur tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu, li għandu jkun suġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dik l-entità jew dak il-korp għandhom ikunu suġġetti għaċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u għandhom ikunu suġġetti għall-ħatra skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva (UE) 2024/1788.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|