+L-Artikolu 3 Prinċipji ġenerali
---+L-Artikolu 3 (a)
---+L-Artikolu 3 (b)
---+L-Artikolu 3 (c)
---+L-Artikolu 3 (d)
---+L-Artikolu 3 (e)
---+L-Artikolu 3 (f)
---+L-Artikolu 3 (g)
---+L-Artikolu 3 (h)
---+L-Artikolu 3 (i)
---+L-Artikolu 3 (j)
---+L-Artikolu 3 (k)
---+L-Artikolu 3 (l)
---+L-Artikolu 3 (m)
---+L-Artikolu 3 (n)
|
L-Artikolu 3 Prinċipji ġenerali
L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji maħtura skont l-Artikolu 76 tad-Direttiva (UE) 2024/1788 (l-“awtoritajiet regolatorji”), l-operaturi tas-sistemi tal-gass naturali jew tas-sistemi tal-idroġenu u l-operaturi delegati bħall-maniġers taż-żoni tal-kummerċ jew l-operaturi tal-pjattaformi ta’ prenotazzjoni għandhom jiżguraw li s-swieq tal-gass naturali u tal-idroġenu jiġu operati f’konformità mal-prinċipji li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
L-Artikolu 3 (a)
|
il-prezzijiet għall-gass naturali u l-idroġenu għandhom jiġu stabbiliti abbażi tad-domanda u tal-provvista;
|
|
L-Artikolu 3 (b)
|
l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, u l-operaturi tan-networks ta’ trażmissjoni tal-idroġenu u l-operaturi tan-networks ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu għandhom jikkooperaw bejniethom biex jagħtu l-libertà lill-utenti tan-network li jipprenotaw il-kapaċità ta’ dħul u ta’ ħruġ b’mod indipendenti; il-gass naturali u, mill-2033, l-idroġenu għandhom jiġu trasportati permezz tas-sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ, pjuttost milli linji kuntrattwali;
|
|
L-Artikolu 3 (c)
|
it-tariffi imposti fil-punti ta’ dħul u ta’ ħruġ fis-sistema tal-gass naturali u fis-sistema tal-idroġenu għandhom ikunu strutturati b’tali mod li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq, itejbu s-sigurtà tal-provvista u jippromwovu l-interkonnessjoni bejn in-networks tal-gass naturali u bejn in-networks tal-idroġenu;
|
|
L-Artikolu 3 (d)
|
l-impriżi li huma attivi fl-istess sistema ta’ dħul u ta’ ħruġ għandhom jiskambjaw il-gass naturali u, mill-2033, l-idroġenu fil-punt ta’ kummerċ virtwali; il-produtturi tal-gass rinnovabbli u tal-gass b’livell baxx tal-karbonju għandu jkollhom aċċess ugwali għall-punt ta’ kummerċ virtwali, irrispettivament minn jekk ikunux konnessi mas-sistema ta’ distribuzzjoni jew is-sistema ta’ trażmissjoni; il-gass naturali u, mill-2033, l-idroġenu jistgħu jiġu skambjat fiżikament fil-punti ta’ dħul minn pajjiżi terzi jew fil-punti ta’ ħruġ lejhom;
|
|
L-Artikolu 3 (e)
|
l-utenti tan-network għandhom ikunu responsabbli biex jibbilanċjaw il-portafolli tagħhom sabiex jimminimizzaw il-bżonn li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tan-network ta’ trażmissjoni tal-idroġenu jieħdu azzjonijiet tal-ibbilanċjar;
|
|
L-Artikolu 3 (f)
|
l-azzjonijiet tal-ibbilanċjar għandhom isiru abbażi ta’ prodotti standardizzati f’konformità mal-kodiċi tan-network dwar l-ibbilanċjar stabbilit skont dan ir-Regolament u jitwettqu fuq pjattaforma tal-kummerċ jew permezz tas-servizzi tal-ibbilanċjar f’konformità ma’ dak il-kodiċi tan-network;
|
|
L-Artikolu 3 (g)
|
ir-regoli tas-suq għandhom jevitaw azzjonijiet li jimpedixxu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u tal-provvista għall-gass naturali u l-idroġenu;
|
|
L-Artikolu 3 (h)
|
ir-regoli tas-suq għandhom jiżguraw approċċ iċċentrat fuq il-konsumaturi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-swieq tal-gass naturali u tal-idroġenu;
|
|
L-Artikolu 3 (i)
|
ir-regoli tas-suq għandhom irawmu l-ħolqien u l-funzjonament tal-kummerċ likwidu tal-gass naturali u tal-idroġenu, filwaqt li jrawmu l-formazzjoni tal-prezzijiet u t-trasparenza tal-prezzijiet;
|
|
L-Artikolu 3 (j)
|
ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-gass naturali u tas-sistemi tal-idroġenu, inkluż billi jabilitaw l-integrazzjoni fis-swieq tal-gass naturali u l-idroġenu, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u billi jipprovdu inċentivi għall-iffrankar tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, it-tnaqqis fid-domanda, il-flessibbiltà fid-domanda u l-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija u jiffaċilitaw l-ilħuq tal-miri tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija;
|
|
L-Artikolu 3 (k)
|
ir-regoli tas-suq għandhom iwasslu għal inċentivi xierqa tal-investiment, b’mod partikolari għal investimenti fit-tul f’sistema dekarbonizzata u sostenibbli għall-gass naturali u f’sistema tal-idroġenu, għall-ħażna tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, it-tnaqqis fid-domanda u r-rispons għad-domanda biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-suq u l-ħtiġijiet għall-integrazzjoni tas-sistemi, u għandhom jiffaċilitaw il-kompetizzjoni ġusta u s-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jimplimentaw il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” biex jiġu evitati inċentivi ta’ investiment li jwasslu għal assi mhux rekuperabbli;
|
|
L-Artikolu 3 (l)
|
ir-regoli dwar l-ippjanar tan-networks għandhom, fejn xieraq, ikollhom fil-mira l-użu tal-idroġenu għal setturi li diffiċli jiġu dekarbonizzati, filwaqt li jqisu l-potenzjal tat-tnaqqis tal-gassijiet serra, jinkoraġġixxu miżuri li jnaqqsu d-domanda għall-gassijiet fossili, u jikkontribwixxu għall-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali u għall-kisba tal-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija;
|
|
L-Artikolu 3 (m)
|
l-ostakli għall-flussi transfruntieri tal-gass naturali u tal-idroġenu, jekk jeżistu, bejn is-sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ għandhom jitneħħew;
|
|
L-Artikolu 3 (n)
|
ir-regoli tas-suq għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-integrazzjoni reġjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|