4. B’deroga mill-paragrafu 2, Stat Membru jista’ jippermetti trasferimenti finanzjarji bejn servizzi regolati li jkunu separati skont it-tifsira tal-paragrafu 1, dment li l-awtorità regolatorja tkun stabbiliet li l-finanzjament tan-networks permezz ta’ tariffi tal-aċċess għan-networks imħallsa mill-utenti tan-network tiegħu biss ma jkunx vijabbli. L-awtorità regolatorja, fost affarijiet oħra, għandha tikkunsidra fil-valutazzjoni tagħha, inter alia, il-valur tat-trasferimenti finanzjarji proġettati, is-sussidjar inkroċjat li jirriżulta bejn l-utenti tan-networks rispettivi u l-kosteffiċjenza ta’ dawk it-trasferimenti finanzjarji.
Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal trasferiment finanzjarju skont it-tifsira ta’ dan il-paragrafu:
|
(a)
|
id-dħul kollu meħtieġ għat-trasferiment finanzjarju jinġabar bħala imposta dedikata;
|
|
(b)
|
l-imposta dedikata tinġabar biss minn punti ta’ ħruġ lejn klijenti finali li jinsabu fl-istess Stati Membri bħala l-benefiċjarju tat-trasferiment finanzjarju;
|
|
(c)
|
l-imposta dedikata u t-trasferiment finanzjarju jew il-metodoloġiji sottostanti għall-kalkolu tagħhom huma approvati qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom mill-awtorità regolatorja;
|
|
(d)
|
l-imposta dedikata approvata u t-trasferiment finanzjarju u l-metodoloġiji, meta l-metodoloġiji jiġu approvati, huma ppubblikati mhux aktar tard minn tletin jum qabel id-data ta’ implimentazzjoni tagħhom;
|
|
(e)
|
il-Kummissjoni u l-ACER ġew innotifikati mill-Istat Membru li ppermetta trasferimenti finanzjarji.
|