|
+Artikolu 17 1 |
Artikolu 17 11. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkolati, applikati minn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u approvati mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 78(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, kif ukoll it-tariffi ppubblikati skont l-Artikolu 31(1) ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, jieħdu kont tal-ħtieġa tal-integrità tas-sistemi u t-titjib tagħha u jirriflettu l-kostijiet effettivament imġarrba, sa fejn tali kostijiet jikkorrispondu għal dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network u jkunu trasparenti filwaqt li jinkludu redditu xieraq fuq l-investimenti. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkolati, għandhom jiġu applikati b’mod nondiskriminatorju. It-tariffi jistgħu jiġu ddeterminati wkoll permezz ta’ arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal irkantijiet, dment li tali arranġamenti u d-dħul li jirriżulta minnhom ikunu approvati mill-awtorità regolatorja. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkolati, għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ effiċjenti tal-gass naturali u l-kompetizzjoni, u fl-istess ħin jevitaw sussidji bejn l-utenti tan-network u jipprovdu inċentivi għall-investiment u jżommu jew joħolqu interoperabbiltà għan-networks ta’ trażmissjoni. It-tariffi għall-utenti tan-network ma għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom jiġu stabbiliti separatament għal kull punt ta’ dħul fi jew punt ta’ ħruġ mis-sistema ta’ trażmissjoni. Il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-istabbiliment tar-rati rigward il-punti ta’ dħul u l-punti ta’ ħruġ għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li t-tariffi tan-network ma jkunux ikkalkolati abbażi ta’ linji kuntrattwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|