+Artikolu 17 Tariffi għal aċċess għan-networks
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
|
Artikolu 17 Tariffi għal aċċess għan-networks
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkolati, applikati minn operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u approvati mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 78(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, kif ukoll it-tariffi ppubblikati skont l-Artikolu 31(1) ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, jieħdu kont tal-ħtieġa tal-integrità tas-sistemi u t-titjib tagħha u jirriflettu l-kostijiet effettivament imġarrba, sa fejn tali kostijiet jikkorrispondu għal dawk ta’ operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli tan-network u jkunu trasparenti filwaqt li jinkludu redditu xieraq fuq l-investimenti. It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkolati, għandhom jiġu applikati b’mod nondiskriminatorju.
It-tariffi jistgħu jiġu ddeterminati wkoll permezz ta’ arranġamenti bbażati fuq is-suq, bħal irkantijiet, dment li tali arranġamenti u d-dħul li jirriżulta minnhom ikunu approvati mill-awtorità regolatorja.
It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati biex jiġu kkalkolati, għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ effiċjenti tal-gass naturali u l-kompetizzjoni, u fl-istess ħin jevitaw sussidji bejn l-utenti tan-network u jipprovdu inċentivi għall-investiment u jżommu jew joħolqu interoperabbiltà għan-networks ta’ trażmissjoni.
It-tariffi għall-utenti tan-network ma għandhomx ikunu diskriminatorji u għandhom jiġu stabbiliti separatament għal kull punt ta’ dħul fi jew punt ta’ ħruġ mis-sistema ta’ trażmissjoni. Il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kostijiet u l-metodoloġija għall-istabbiliment tar-rati rigward il-punti ta’ dħul u l-punti ta’ ħruġ għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji għandhom jiżguraw li t-tariffi tan-network ma jkunux ikkalkolati abbażi ta’ linji kuntrattwali.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. It-tariffi għal aċċess għan-network ma għandhomx jirrestrinġu l-likwidità tas-suq jew jikkawżaw distorsjoni fil-kummerċ bejn il-fruntieri ta’ sistemi ta’ trażmissjoni differenti. Meta, minkejja l-Artikolu 78(7) tad-Direttiva (UE) 2024/1788, id-differenzi fl-istrutturi tat-tariffi jfixklu l-kummerċ bejn is-sistemi ta’ trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għandhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti, attivament isaħħu l-konverġenza tal-istrutturi ta’ tariffi u tal-prinċipji ta’ ħlas.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, l-awtorità regolatorja tista’ tapplika skont ta’ massimu ta’ 100 % għat-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul minn, u punti ta’ ħruġ għal, faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art u fil-punti ta’ dħul minn faċilitajiet tal-LNG, sakemm u sa fejn tali faċilità tal-ħażna li tkun konnessa ma’ aktar minn network wieħed ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni tintuża biex tikkompeti ma’ punt ta’ interkonnessjoni.
Mill-1 ta’ Jannar 2026, l-awtorità regolatorja tista’ tapplika skont ta’ massimu ta’ 100 % għat-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul minn, u punti ta’ ħruġ għal, faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali taħt l-art u fil-punti ta’ dħul minn faċilitajiet tal-LNG għall-fini li tiżdied is-sigurtà tal-provvista. L-awtorità regolatorja għandha teżamina mill-ġdid dak l-iskont tariffarju u l-kontribut tiegħu għas-sigurtà tal-provvista matul kull perijodu regolatorju, fil-qafas tal-konsultazzjoni perjodika mwettqa skont il-kodiċi tan-network adottat skont l-Artikolu 71(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (d).
|
|
Artikolu 17 4
|
4. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jgħaqqdu sistemi kontigwi ta’ dħul u ta’ ħruġ bil-ħsieb li tkun tista’ ssir integrazzjoni reġjonali sħiħa jew parzjali meta t-tariffi jafu jiġu aboliti fil-punti ta’ interkonnessjoni bejn is-sistemi ta’ dħul u ta’ ħruġ ikkonċernati. Wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi mwettqa mill-awtoritajiet regolatorji jew mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, l-awtoritajiet regolatorji jistgħu japprovaw tariffa komuni u mekkaniżmu ta’ kumpens effettiv bejn l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-kostijiet li joriġinaw mill-abolizzjoni tal-punti ta’ interkonnessjoni.
|
|
Artikolu 17 5
|
5. L-Istati Membri b’aktar minn sistema interkonnessa waħda ta’ dħul u ta’ ħruġ, jew aktar minn operatur wieħed tan-network fi ħdan sistema waħda ta’ dħul u ta’ ħruġ, jistgħu jimplimentaw tariffa tan-netwerk uniformi bl-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-utenti tan-network, dment li jkun ġie approvat pjan tan-network u li jiġi implimentat mekkaniżmu ta’ kumpens bejn l-operaturi tan-network.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|