5. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 47 tista’ tirrikjedi mingħand il-fornituri jew il-produtturi tal-gass naturali li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tassistiha f’dak il-kompitu, inkluża s-sottomissjoni lix-xerrejja tad-dokumenti rilevanti tat-trasport marittimu meta jikkonsenjaw il-provvisti tal-gass naturali, fejn ikun teknikament fattibbli.