+Artikolu 48 Possibbiltà li tiġi limitata l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
---+Artikolu 48 4
---+Artikolu 48 5
|
Artikolu 48 Possibbiltà li tiġi limitata l-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1
|
1. Mill-1 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, teskludi temporanjament il-gass naturali li joriġina fil-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja, jew provvisti tal-LNG minn faċilitajiet tal-LNG li jinsabu fihom, mill-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali, meta dan ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà jew is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, dment li tali miżuri:
|
(a)
|
ma jfixklux bla bżonn il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-gass naturali, u l-flussi transfruntieri tal-gass naturali bejn l-Istati Membri, u ma jdgħajfux is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;
|
|
(b)
|
jirrispettaw il-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika;
|
|
(c)
|
jittieħdu f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi terzi.
|
|
|
Artikolu 48 2
|
2. Biżżejjed qabel l-ewwel sensiela ta’ offerti fl-2026, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati bil-ħsieb li tiddeċiedi dwar kwalunkwe miżura msemmija fih. Kwalunkwe deċiżjoni bħal din għandha tkun valida għal perijodu ta’ mhux aktar minn sena u tista’ tiġġedded jekk tkun ġustifikata.
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kontinwament jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati kif xieraq dwar il-valutazzjonijiet tagħha, inkluża l-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 48 3
|
3. Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 jistgħu jkunu mmirati lejn id-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass naturali jew l-LNG bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza fuq il-gass naturali Russu, meta jista’ jintwera li tali miżuri huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 48 4
|
4. Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom lista ta’:
|
(a)
|
il-punti ta’ dħul kollha mill-Federazzjoni Russa jew mill-Belarussja jew minn pajjiżi terzi oħra li jservu bħala pajjiżi ta’ tranżitu li ma għandhomx jintużaw biex iwasslu provvisti tal-gass naturali soġġetti għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt; kif ukoll
|
|
(b)
|
il-faċilitajiet kollha tal-LNG li jinsabu fil-Federazzjoni Russa jew fil-Belarussja.
|
Il-fornituri jew il-produtturi tal-gass naturali li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali għandhom jipprovdu assigurazzjoni dwar il-konformità mal-Artikolu 47 d-deċiżjonijiet adottati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 48 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura l-applikazzjoni effettiva ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 47 tista’ tirrikjedi mingħand il-fornituri jew il-produtturi tal-gass naturali li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tassistiha f’dak il-kompitu, inkluża s-sottomissjoni lix-xerrejja tad-dokumenti rilevanti tat-trasport marittimu meta jikkonsenjaw il-provvisti tal-gass naturali, fejn ikun teknikament fattibbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|