+Artikolu 5 Kompiti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
|
Artikolu 5 Kompiti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Awtorità superviżorja nazzjonali għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħhom. B’mod partikolari, awtorità superviżorja nazzjonali għandha:
|
(a)
|
tivvaluta u tissorvelja l-issodisfar tar-rekwiżiti rigward ir-robustezza finanzjarja, ir-responsabbiltà, il-kopertura tal-assigurazzjoni, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali msemmija fil-punt 7 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tar-rekwiżiti stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(b)
|
tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, u l-issodisfar tagħhom, mill-fornituri ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) u l-Artikolu 11(6), il-punt (d), għajr jekk dan il-kompitu jkun assenjat lil awtorità oħra mill-Istat Membru; meta Stat Membru jiddeċiedi li jassenja dan il-kompitu lil awtorità oħra, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni;
|
|
(c)
|
mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/25/UE u d-Direttiva 2014/24/UE, tikkontribwixxi, meta rilevanti u kif adatt, għall-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti tal-akkwist f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
tivvaluta u tapprova l-iffissar tal-prezzijiet għall-forniment tas-CIS, f’konformità mal-Artikolu 12;
|
|
(e)
|
timplimenta u timmonitorja l-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti f’konformità mal-kompiti tagħhom, u fil-limiti tagħhom, skont l-Artikoli 21 sa 27 u 29 sa 32 u mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 28 u 33;
|
|
(f)
|
tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-trasparenza tal-kontijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’konformità mal-Artikolu 36.
|
Għall-finijiet tal-punt (a), Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jattribwixxi l-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mar-rekwiżiti stipulati f’dak il-punt lill-awtorità kompetenti nazzjonali tiegħu u, f’każ bħal dan, għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti nazzjonali jkollha biżżejjed riżorsi u għarfien espert biex twettaq dawk il-kompiti u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan;
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(5), twettaq l-attivitajiet ta’ monitoraġġ meħtieġa, inkluż, kif xieraq spezzjonijiet u awditi, biex tiġi identifikata nonkonformità possibbli minn entitajiet soġġetti għas-sorveljanza tagħha skont dan ir-Regolament mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti nazzjonali bil-valutazzjoni tagħha tal-konformità mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mar-rekwiżiti elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar ir-robustezza finanzjarja, ir-responsabbiltà, il-kopertura tal-assigurazzjoni, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali. Dik il-valutazzjoni għandha, fejn xieraq, tinkludi rakkomandazzjoni għall-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139.
Fil-każ ta’ nonkonformità minn entitajiet soġġetti għas-sorveljanza tagħhom skont dan ir-Regolament ma’ rekwiżiti oħra stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforza l-miżuri korrettivi meħtieġa.
Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-operaturi tal-ajruport u l-fornituri tas-CIS ikkonċernati għandhom jikkonformaw kwalunkwe miżura ta’ infurzar meħuda mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f’dak il-kuntest.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali skont dan l-Artikolu jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|