+Artikolu 5 1

Artikolu 5 1

1.   Awtorità superviżorja nazzjonali għandha twettaq il-kompiti assenjati lilha skont dan ir-Regolament u skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tagħhom. B’mod partikolari, awtorità superviżorja nazzjonali għandha:

(a)

tivvaluta u tissorvelja l-issodisfar tar-rekwiżiti rigward ir-robustezza finanzjarja, ir-responsabbiltà, il-kopertura tal-assigurazzjoni, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali msemmija fil-punt 7 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139 u tar-rekwiżiti stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà u d-difiża nazzjonali, u l-issodisfar tagħhom, mill-fornituri ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 8(2), il-punt (b) u l-Artikolu 11(6), il-punt (d), għajr jekk dan il-kompitu jkun assenjat lil awtorità oħra mill-Istat Membru; meta Stat Membru jiddeċiedi li jassenja dan il-kompitu lil awtorità oħra, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni;

(c)

mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/25/UE u d-Direttiva 2014/24/UE, tikkontribwixxi, meta rilevanti u kif adatt, għall-applikazzjoni korretta tar-rekwiżiti tal-akkwist f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

(d)

tivvaluta u tapprova l-iffissar tal-prezzijiet għall-forniment tas-CIS, f’konformità mal-Artikolu 12;

(e)

timplimenta u timmonitorja l-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti f’konformità mal-kompiti tagħhom, u fil-limiti tagħhom, skont l-Artikoli 21 sa 27 u 29 sa 32 u mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 28 u 33;

(f)

tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-trasparenza tal-kontijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’konformità mal-Artikolu 36.

Għall-finijiet tal-punt (a), Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jattribwixxi l-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mar-rekwiżiti stipulati f’dak il-punt lill-awtorità kompetenti nazzjonali tiegħu u, f’każ bħal dan, għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti nazzjonali jkollha biżżejjed riżorsi u għarfien espert biex twettaq dawk il-kompiti u għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan;

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.