+Artikolu 5 2

Artikolu 5 2

2.   Kull awtorità superviżorja nazzjonali għandha, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(5), twettaq l-attivitajiet ta’ monitoraġġ meħtieġa, inkluż, kif xieraq spezzjonijiet u awditi, biex tiġi identifikata nonkonformità possibbli minn entitajiet soġġetti għas-sorveljanza tagħha skont dan ir-Regolament mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti nazzjonali bil-valutazzjoni tagħha tal-konformità mill-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mar-rekwiżiti elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139 dwar ir-robustezza finanzjarja, ir-responsabbiltà, il-kopertura tal-assigurazzjoni, is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali. Dik il-valutazzjoni għandha, fejn xieraq, tinkludi rakkomandazzjoni għall-emendar, il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139.

Fil-każ ta’ nonkonformità minn entitajiet soġġetti għas-sorveljanza tagħhom skont dan ir-Regolament ma’ rekwiżiti oħra stipulati f’dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja nazzjonali għandha tinforza l-miżuri korrettivi meħtieġa.

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, l-operaturi tal-ajruport u l-fornituri tas-CIS ikkonċernati għandhom jikkonformaw kwalunkwe miżura ta’ infurzar meħuda mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali f’dak il-kuntest.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.