3. Fil-każ ta’ forniment transfruntier ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fi spazji tal-ajru li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ żewġ Stati Membri jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li jiġu konklużi l-ftehimiet meħtieġa għas-superviżjoni ta’ dawk is-servizzi. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati għandhom jiffaċilitaw il-forniment ta’ dawk is-servizzi transfruntieri mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma jew pjanijiet ta’ sorveljanza xierqa li jispeċifikaw l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni tagħhom.