2. Il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a)
|
ikollhom ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew dikjarazzjoni valida skont l-Artikolu 41(5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali;
|
|
(c)
|
ikollhom il-post tan-negozju prinċipali tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru; u
|
|
(d)
|
aktar minn 50 % tagħhom ikun jappartjeni lill-Istati Membri jew liċ-ċittadini tal-Istati Membri u huma effettivament ikkontrollati minnhom, kemm direttament jew indirettament permezz ta’ impriża intermedja waħda jew aktar, għajr jekk ikun previst mod ieħor fi ftehim ma’ pajjiż terz li l-Unjoni tkun parti għalih.
|
Permezz ta’ deroga mill-punti (c) u (d), Stat Membru jista’ jiddeżinja fornitur tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li l-post tan-negozju prinċipali tiegħu jkun jinsab f’pajjiż terz jew li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet dwar is-sjieda u l-kontroll stipulati fil-punt (d) biex jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru f’parti limitata tal-ispazju tal-ajru fir-responsabbiltà ta’ dak l-Istat Membru fejn dik il-parti tal-ispazju tal-ajru tkun biswit spazju tal-ajru fir-responsabbiltà ta’ dak il-pajjiż terz.