1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u għad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), fejn applikabbli, il-fornituri deżinjati tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru jistgħu jiddeċiedu li jakkwistaw servizzi tas-CNS, tal-AIS jew tal-ADS, jew tal-MET f’każijiet fejn l-Istati Membri ma jkunux iddeżinjaw fornitur tal-MET f’konformità mal-Artikolu 10, skont il-kundizzjonijiet tas-suq, inkluż permezz ta’ akkwisti pubbliċi, jew forom oħra ta’ ftehimiet f’każijiet fejn dawk id-Direttivi ma japplikawx, filwaqt li jitqiesu sitwazzjonijiet speċifiċi bħan-nuqqas ta’ soluzzjonijiet disponibbli fis-suq u kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku.