2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, qabel il-bidu ta’ perjodu referenzjarju, iż-żoni tal-imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għandhom jidentifikaw il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jaqgħu fl-ambitu ta’ kull żona tal-imposti. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw jew jistabbilixxu żona ġdida ta’ imposti fit-terminal matul perjodu referenzjarju. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).