+Artikolu 31 Żona tal-imposti u rati unitarji
---+Artikolu 31 1
---+Artikolu 31 2
---+Artikolu 31 3
---+Artikolu 31 4

Artikolu 31 Żona tal-imposti u rati unitarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 1

1.   Ir-rati unitarji għandhom jiġu stabbiliti għal kull sena kalendarja u għal kull żona tal-imposti, abbażi tal-kostijiet iddeterminati u t-tbassir tat-traffiku stabbiliti fil-pjanijiet ta’ prestazzjoni kif ukoll tal-aġġustamenti applikabbli li jirriżultaw mis-snin preċedenti u minn dħul ieħor, b’mod partikolari fondi pubbliċi, inkluż appoġġ finanzjarju minn programmi ta’ assistenza tal-Unjoni.

Artikolu 31 2

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30(5), l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, qabel il-bidu ta’ perjodu referenzjarju, iż-żoni tal-imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għandhom jidentifikaw il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru li jaqgħu fl-ambitu ta’ kull żona tal-imposti. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw jew jistabbilixxu żona ġdida ta’ imposti fit-terminal matul perjodu referenzjarju. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Artikolu 31 3

3.   Ir-rati unitarji għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, u jkunu soġġetti għall-verifika mill-Kummissjoni li jikkonformaw mal-Artikolu 29, l-Artikolu 30 u ma’ dan l-Artikolu.

Meta l-Kummissjoni ssib li rata unitarja ma tissodisfax dawk ir-rekwiżiti, ir-rata unitarja għandha tiġi rieżaminata kif xieraq mill-Istat Membru kkonċernat, u emendata sabiex tissodisfa dawk ir-rekwiżiti.

Ir-rati unitarji għandhom jiġu ppubblikati.

Artikolu 31 4

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu żoni komuni tal-imposti u, f’każijiet bħal dawn, għandhom jistabbilixxu rati unitarji komuni għal dawk iż-żoni tal-imposti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.