+Artikolu 38 14

Artikolu 38 14

14.   Jiġi stabbilit Bord tat-Tmexxija tan-Network bl-għan li tiġi żgurata governanza xierqa fuq l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network.

Il-Bord tat-Tmexxija tan-Network għandu jkun responsabbli għal:

(a)

l-approvazzjoni tal-miżuri meħuda jew proposti mill-Maniġer tan-Network f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 15;

(b)

l-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-konsultazzjoni u l-arranġamenti dettaljati ta’ ħidma msemmija fil-paragrafi 12 u 13;

(c)

l-approvazzjoni tal-NOP;

(d)

l-approvazzjoni tal-NSP, wara konsultazzjoni u b’kont meħud tal-opinjoni tal-Istati Membri, u qabel ma jiġi approvat mill-Kummissjoni;

(e)

il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network u l-għoti ta’ opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi; u

(f)

kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-mekkaniżmi ta’ governanza.

L-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-NSP għandha tieħu l-forma ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).

Il-Bord tat-Tmexxija tan-Network għandu jkollu membri bid-dritt tal-vot kif ukoll mingħajru. Huwa għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, mir-rappreżentanti tal-Maniġer tan-Network u mir-rappreżentanti tal-Eurocontrol.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.