+Artikolu 38 Il-Maniġer tan-Network
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4
---+Artikolu 38 5
---+Artikolu 38 6
---+Artikolu 38 7
---+Artikolu 38 8
---+Artikolu 38 9
---+Artikolu 38 10
---+Artikolu 38 11
---+Artikolu 38 12
---+Artikolu 38 13
---+Artikolu 38 14
---+Artikolu 38 15
---+Artikolu 38 16
|
Artikolu 38 Il-Maniġer tan-Network
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1
|
1. Biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha tiżgura li l-Maniġer tan-Network jikkontribwixxi għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network stipulati fl-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament, billi jwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja t-twettiq xieraq tal-kompiti tal-Maniġer tan-Network.
|
|
Artikolu 38 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha taħtar korp indipendenti, imparzjali u kompetenti biex iwettaq il-kompiti tal-Maniġer tan-Network.
|
|
Artikolu 38 3
|
3. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
Dik id-Deċiżjoni tal-ħatra għandha tinkludi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħatra, inkluż il-finanzjament tal-Maniġer tan-Network.
|
|
Artikolu 38 4
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u l-konformità magħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jinkludu:
|
(a)
|
rekwiżiti u proċeduri tal-ħatra;
|
|
(b)
|
rekwiżiti ta’ indipendenza;
|
|
(c)
|
rekwiżiti ta’ għarfien espert;
|
|
(e)
|
is-superviżjoni mill-Kummissjoni tat-twettiq mill-Maniġer tan-Network tal-kompiti tiegħu;
|
|
(f)
|
rekwiżiti għall-kejl tal-prestazzjoni tal-Maniġer tan-Network.
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
|
|
Artikolu 38 5
|
5. Il-Maniġer tan-Network għandu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod imparzjali, u kosteffiċjenti u għandu jkun soġġett għal governanza u indipendenza xierqa. Jekk il-korp kompetenti maħtur bħala l-Maniġer tan-Network ikollu anki funzjonijiet regolatorji, għandha tiġi żgurata s-separazzjoni organizzattiva minn dawn il-funzjonijiet. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Maniġer tan-Network għandu jqis il-ħtiġijiet tan-network tal-ATM kollu filwaqt li jissalvagwardja l-kapaċitajiet tad-difiża u għandu jinvolvi bis-sħiħ il-partijiet ikkonċernati operazzjonali kollha.
|
|
Artikolu 38 6
|
6. Mal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Maniġer tan-Network għandu jikkontribwixxi, fil-limiti tal-Artikolu 37(4), għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network permezz tal-kompiti li ġejjin:
|
(a)
|
l-istabbiliment tal-Pjan Operattiv għan-Network u t-tħejjija tal-Pjan Strateġiku għan-Network;
|
|
(b)
|
l-appoġġ għad-disinn u l-koordinazzjoni tal-utilizzazzjoni tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru;
|
|
(c)
|
l-iffaċilitar tad-delega tal-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, meta approvat mill-Istat Membru kkonċernat, permezz ta’ appoġġ lill-Istati Membri u l-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati b’kont meħud tal-ftehimiet neċessarji għall-koordinazzjoni tat-traffiku tal-ajru ġenerali u operazzjonali u l-ħtieġa li tinżamm koordinazzjoni xierqa fl-istrutturi tal-ispazju tal-ajru rilevanti;
|
|
(d)
|
il-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-forniment ta’ kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fin-network f’konformità mal-impenji stipulati fl-NOP, bil-ħsieb li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni operazzjonali tan-network u l-valuri referenzjarji lokali;
|
|
(e)
|
il-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-ġestjoni ta’ kriżijiet tan-network;
|
|
(f)
|
il-koordinazzjoni tar-riżorsi skarsi fil-meded ta’ frekwenzi tal-avjazzjoni użati mit-traffiku tal-ajru ġenerali, b’mod partikolari l-frekwenzi tar-radju kif ukoll il-koordinazzjoni tal-kodiċijiet tar-radar transponder;
|
|
(g)
|
il-koordinazzjoni tal-ATFM u l-forniment, l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-unità ċentrali tal-ATFM;
|
|
(h)
|
l-iżvilupp ta’ proċeduri u l-organizzazzjoni ta’ proċessi għall-attribuzzjoni tad-dewmien tal-ATFM permezz ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv;
|
|
(i)
|
il-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-appoġġ fl-attivitajiet tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni tal-varar tal-infrastruttura fin-network Ewropew tal-ATM bi sħubija mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ġestjoni u l-governanza;
|
|
(j)
|
il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-infrastruttura tan-Network Ewropew għall-ATM;
|
|
(k)
|
il-koordinazzjoni mal-ICAO u r-reġjuni tal-ICAO b’rabta mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network;
|
|
(l)
|
l-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma u l-baġit tal-Maniġer tan-Network;
|
|
(m)
|
il-forniment ta’ data dwar il-pjanijiet tat-titjir b’rabta mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew ma’ miżuri oħra tas-sikurezza u s-sigurtà, u permezz ta’ kwalunkwe kompitu ieħor meħtieġ u intrinsikament marbut mal-kontribut tal-Maniġer tan-Network għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network, kif speċifikat fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 10.
|
|
|
Artikolu 38 7
|
7. Il-Maniġer tan-Network għandu jikkontribwixxi għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ immirati lejn ippjanar u operazzjonijiet sikuri u effiċjenti tal-partijiet ikkonċernati fi ħdan in-network f’kundizzjonijiet normali u ta’ kriżi tan-network u miżuri mmirati lejn it-titjib kontinwu tal-operazzjonijiet tan-network fl-Ajru Uniku Ewropew u l-prestazzjoni ġenerali tan-network, speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni inkluż fir-rigward tal-klima u l-ambjent. L-azzjoni meħuda mill-Maniġer tan-Network għandha tqis il-ħtieġa li l-ajruporti jiġu integrati għalkollox fin-network u l-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-pjanijiet ta’ prestazzjoni u l-miri ta’ prestazzjoni ta’ fornituri deżinjati tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.
|
|
Artikolu 38 8
|
8. Il-Maniġer tan-Network għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni sabiex jiffaċilita r-riflessjoni adegwata tal-miri ta’ prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 fl-ippjanar tal-kapaċità ġenerali, kif ukoll il-kapaċità li għandha tiġi pprovduta mill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u miftiehma bejn il-Maniġer tan-Network u dawk il-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-NOP.
|
|
Artikolu 38 9
|
9. Il-Maniġer tan-Network għandu:
|
(a)
|
permezz ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv, jiddetermina l-azzjonijiet operazzjonali u jipproponi miżuri ta’ rimedju li għandhom jittieħdu mill-partijiet ikkonċernati operazzjonali bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha u l-miri ta’ prestazzjoni lokali vinkolanti b’kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkostanzi reġjonali u lokali, u għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni operazzjonali tan-network u l-valuri referenzjarji lokali kif stipulati fl-NOP u jagħti pariri dwar trajettorji tat-titjiriet ottimizzati għall-klima; il-partijiet ikkonċernati operazzjonali jistgħu jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu implimentati xi miżuri ta’ rimedju proposti, u għandhom jinfurmaw lill-Bord tat-Tmexxija tan-Network bir-raġunijiet għaliex ma ġewx implimentati.
|
|
(b)
|
b’kooperazzjoni mal-partijiet rilevanti, javża lill-Kummissjoni u jipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-PRB dwar l-applikazzjoni tal-infrastruttura tan-network tal-ATM f’konformità mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, b’mod partikolari biex jiġu identifikati l-investimenti meħtieġa għan-network.
|
|
|
Artikolu 38 10
|
10. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 6 sa 9 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-Maniġer tan-Network, kif definiti f’dawk il-paragrafi.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
|
|
Artikolu 38 11
|
11. Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Maniġer tan-Network għandu jieħu miżuri permezz ta’ proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv. Il-partijiet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv għandhom jaġixxu kemm jista’ jkun possibbli bil-ħsieb li jtejbu l-funzjonament u l-prestazzjoni tan-network inkluż il-kisba tal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-klima u l-ambjent. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv għandu jippromwovi l-interess tan-network filwaqt li jqis l-interessi essenzjali tas-sigurtà u tad-difiża, u kundizzjonijiet lokali jew reġjonali oħra, bħall-kundizzjonijiet ġeografiċi, topografiċi u meteoroloġiċi.
L-Istati Membri għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet ta’ importanza strateġika, b’mod partikolari fit-tfassil tal-Pjan Strateġiku għan-Network.
|
|
Artikolu 38 12
|
12. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv imsemmi fil-paragrafu 11 għandu jkun ibbażat, b’mod partikolari, fuq proċess ta’ konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, il-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti, l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-Aġenzija u l-Kummissjoni, fuq arranġamenti ta’ ħidma u proċessi għal operazzjonijiet u fuq mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni li, fejn meħtieġ, jinvolvu lill-Bord tat-Tmexxija tan-Network.
Meta tkun ikkonċernata s-sovranità ta’ Stat Membru fuq l-ispazju tal-ajru tiegħu, huwa meħtieġ il-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 38 13
|
13. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 11 u 12 u l-konformità magħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati rigward il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv li jinkludu:
|
(a)
|
proċess biex jiġu kkonsultati l-partijiet ikkonċernati operazzjonali, il-koordinaturi tas-slots tal-ajruporti, l-Istati Membri u, meta rilevanti, l-Aġenzija u l-Kummissjoni;
|
|
(b)
|
arranġamenti ta’ ħidma u proċessi għal operazzjonijiet;
|
|
(c)
|
l-involviment tal-awtoritajiet tal-Istati Membri meta jkun meħtieġ;
|
|
(d)
|
mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni li jinvolvu l-Bord tat-Tmexxija tan-Network fejn meħtieġ;
|
|
(e)
|
kwalunkwe miżura oħra meħtieġa fir-rigward tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
|
|
Artikolu 38 14
|
14. Jiġi stabbilit Bord tat-Tmexxija tan-Network bl-għan li tiġi żgurata governanza xierqa fuq l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network.
Il-Bord tat-Tmexxija tan-Network għandu jkun responsabbli għal:
|
(a)
|
l-approvazzjoni tal-miżuri meħuda jew proposti mill-Maniġer tan-Network f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 15;
|
|
(b)
|
l-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-konsultazzjoni u l-arranġamenti dettaljati ta’ ħidma msemmija fil-paragrafi 12 u 13;
|
|
(c)
|
l-approvazzjoni tal-NOP;
|
|
(d)
|
l-approvazzjoni tal-NSP, wara konsultazzjoni u b’kont meħud tal-opinjoni tal-Istati Membri, u qabel ma jiġi approvat mill-Kummissjoni;
|
|
(e)
|
il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network u l-għoti ta’ opinjonijiet jew rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi; u
|
|
(f)
|
kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-eżekuzzjoni tal-mekkaniżmi ta’ governanza.
|
L-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-NSP għandha tieħu l-forma ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
Il-Bord tat-Tmexxija tan-Network għandu jkollu membri bid-dritt tal-vot kif ukoll mingħajru. Huwa għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati operazzjonali, mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, mir-rappreżentanti tal-Maniġer tan-Network u mir-rappreżentanti tal-Eurocontrol.
|
|
Artikolu 38 15
|
15. Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 14 ta’ dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, il-Kummissjoni għandha, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati rigward il-Bord tat-Tmexxija tan-Network, b’mod partikolari għal:
|
(a)
|
il-kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network;
|
|
(b)
|
il-funzjonament u r-responsabbiltajiet tal-Bord tat-Tmexxija tan-Network kif definiti fil-paragrafu 14;
|
|
(c)
|
il-mekkaniżmi ta’ governanza tan-network.
|
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3).
|
|
Artikolu 38 16
|
16. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament u għall-Artikoli 44 u 46 tar-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Istati Membri għandu jkollhom il-kompetenza sħiħa għall-iżvilupp, l-approvazzjoni u l-istabbiliment tar-rotot u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. F’dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom iqisu d-domandi tat-traffiku tal-ajru, l-istaġunalità u l-kumplessità tat-traffiku tal-ajru u tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni. Qabel ma jiddeċiedu dwar dawk l-aspetti, għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lill-ħtiġijiet tal-utenti tal-ispazju tal-ajru kkonċernati jew gruppi li jirrappreżentaw tali utenti tal-ispazju tal-ajru u tal-awtoritajiet militari kif adatt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|