+Artikolu 57 (7)

Artikolu 57 (7)

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“2.3a.   Servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru

2.3a.1.

Id-data dwar it-traffiku tal-ajru miġbura għandu jkollha kwalità suffiċjenti, tkun kompluta u attwali, tinkiseb mingħand sors leġittimu u tiġi pprovduta f’waqtha.

2.3a.2.

Is-servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru għandhom jiksbu u jżommu prestazzjoni suffiċjenti fir-rigward tad-disponibbiltà, tal-integrità, tal-kontinwità u tat-tempestività tagħhom, biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utent.

2.3a.3

Is-sistemi u l-għodod li jipprovdu servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru għandhom jiġu mfassla, prodotti u miżmuma sew biex ikun żgurat li jkunu adattati għall-iskop intenzjonat tagħhom.

2.3a.4.

Id-disseminazzjoni ta’ din id-data għandha ssir f’waqtha u tuża mezzi ta’ komunikazzjoni affidabbli u veloċi biżżejjed protetti minn interferenza u korruzzjoni intenzjonali u mhux intenzjonali.”
;

(b)

il-punt 2.8. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.8.   Ġestjoni tal-ispazju tal-ajru

Id-deżinjazzjoni ta’ volumi speċifiċi ta’ spazju tal-ajru għal ċertu użu għandha tiġi mmonitorjata, ikkoordinata u promulgata f’waqtha sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ telf ta’ separazzjoni bejn l-inġenji tal-ajru f’kull ċirkostanza. Filwaqt li tqis l-organizzazzjoni tal-attivitajiet militari u l-aspetti relatati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandha tappoġġa wkoll l-applikazzjoni uniformi tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif deskritt mill-ICAO u kif implimentat skont ir-Regolament (UE) 2024/2803, biex jiffaċilita l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.”

;

(c)

il-punt (c) tal-punt 5.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

kif ikun adatt skont it-tip ta’ attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, il-fornitur tas-servizz għandu jimplimenta u jżomm sistema ta’ ġestjoni sabiex jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stipulati f’dan l-Anness, jimmaniġġja r-riskji tas-sikurezza u tas-sigurtà u jimmira għal titjib kontinwu ta’ din is-sistema;”

;

(d)

jiżdied il-punt li ġej:

“7.   ROBUSTEZZA FINANZJARJA, RESPONSABBILTÀ, REKWIŻITI TA’ KOPERTURA TAL-ASSIGURAZZJONI, SJIEDA U STRUTTURA ORGANIZZAZZJONALI

Il-fornituri ta’ ATM/ANS għandhom, bil-ħsieb li jiżguraw forniment ta’ servizz sikur u kontinwu:

(a)

juru robustezza finanzjarja suffiċjenti;

(b)

ikunu kisbu responsabbiltà u kopertura tal-assigurazzjoni adatti, b’kont meħud tal-istatus legali tagħhom u l-livell ta’ kopertura tal-assigurazzjoni kummerċjali disponibbli; u

(c)

jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli dwar is-sjieda u l-istruttura organizzazzjonali bil-ħsieb li jevitaw kunflitti ta’ interess biex jiġi żgurat għoti ta’ servizz nondiskriminatorju.”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.