|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Id-data tal-API għandha tikkonsisti biss mid-data li ġejja relatata ma’ kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ fuq it-titjira:
(a)
il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel isem jew l-ismijiet (l-ismijiet mogħtija);
(b)
id-data tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità;
(c)
it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;
(d)
id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;
(e)
in-numru li jidentifika reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri użat minn trasportatur bl-ajru biex isib passiġġier fis-sistema ta’ informazzjoni tiegħu (lokalizzatur tar-rekords tal-PNR);
(f)
l-informazzjoni dwar is-seating li tikkorrispondi għas-seat fl-inġenju tal-ajru assenjat lil passiġġier, meta tali informazzjoni tkun disponibbli;
(g)
in-numru jew numri tat-tag(s) tal-bagalji u l-għadd ta’ bagalji u l-piż tal-bagalji rreġistrati fiċ-check-in, meta tali informazzjoni tkun disponibbli;
(h)
kodiċi li jindika l-metodu użat biex tinġabar u tiġi vvalidata d-data msemmija fil-punti (a) sa (d). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|