4. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom il-proċeduri stabbiliti biex il-produzzjoni tas-serje tal-imballaġġ tibqa' tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-manifatturi għandhom iqisu b'mod adegwat il-bidliet fid-disinn tal-imballaġġ jew fil-karatteristiċi, kif ukoll il-bidliet fl-istandards armonizzati, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew fi speċifikazzjonijiet tekniċi oħra li b'referenza għalihom tiġi ddikjarata l-konformità jew li permezz tagħhom tiġi vverifikata l-konformità tiegħu. Meta l-manifatturi jsibu li l-konformità tal-imballaġġ tista' tiġi affettwata, huma għandhom iwettqu valutazzjoni mill-ġdid f'konformità mal-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 38 jew jaraw li din titwettaq f'isimhom.