+Artikolu 48 Sistemi ta' ritorn u ta' ġbir
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
---+Artikolu 48 4
---+Artikolu 48 5
---+Artikolu 48 6
---+Artikolu 48 7
|
Artikolu 48 Sistemi ta' ritorn u ta' ġbir
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti sistemi u infrastrutturi li jipprevedu r-ritorn u l-ġbir separat tal-iskart kollu mill-imballaġġ mill-utenti finali sabiex jiġi żgurat li jiġi ttrattat f'konformità mal-Artikoli 4, 10 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE, u biex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ ta' kwalità għolja.
L-imballaġġ li jikkonforma mal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ kif stabbilit fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(4) ta' dan ir-Regolament għandu jinġabar għar-riċiklaġġ. L-inċinerazzjoni u r-rimi f'landfills ta’ tali imballaġġ għandhom jiġu pprojbiti, bl-eċċezzjoni ta' skart li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' trattament sussegwenti ta' skart mill-imballaġġ miġbur separatament li għalih ir-riċiklaġġ ma jkunx fattibbli jew ma jwassalx għall-aħjar eżitu ambjentali.
|
|
Artikolu 48 2
|
2. Sabiex jiffaċilitaw r-riċiklaġġ ta' kwalità għolja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistemi u infrastrutturi għall-ġbir u għas-separazzjoni komprensivi biex jiffaċilitaw ir-riċiklaġġ u jiżguraw li dik il-materja prima tal-plastik hija disponibbli għar-riċiklaġġ. Tali sistemi u infrastrutturi jistgħu jipprovdu aċċess prijoritarju għal materjal riċiklat għall-użu f'applikazzjonijiet fejn il-kwalità distinta tal-materjal riċiklat tiġi ppreservata jew irkuprata b'tali mod li tkun tista' tiġi riċiklata aktar u użata bl-istess mod u għal applikazzjoni simili b'telf minimu ta' kwantità, kwalità jew funzjoni.
|
|
Artikolu 48 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-obbligu ta' ritorn u ta' ġbir separat tal-iskart fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal ċerti formati ta' skart, dment li l-ġbir tal-frazzjonijiet ta’ skart mill-imballaġġ flimkien, jew il-ġbir tal-iskart mill-imballaġġ jew frazzjonijiet ta' tali skart mill-imballaġġ flimkien ma' skart ieħor, ma jaffettwax il-kapaċità li imballaġġ bħal dan jew frazzjonijiet tal-iskart mill-imballaġġ ikunu soġġetti għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ jew għal operazzjonijiet oħra ta' rkupru f'konformità mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE u jiġġenera output minn dawk l-operazzjonijiet li huwa ta' kwalità komparabbli għal dak miksub permezz tal-ġbir separat.
|
|
Artikolu 48 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-iskart mill-imballaġġ li ma jinġabarx separatament jiġi separat qabel l-operazzjonijiet ta' rimi jew ta' rkupru tal-enerġija biex jitneħħa l-imballaġġ iddisinjat għar-riċiklaġġ.
|
|
Artikolu 48 5
|
5. Is-sistemi u l-infrastrutturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
|
(a)
|
ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-setturi kkonċernati, tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti u tal-partijiet terzi li jwettqu l-immaniġġar tal-iskart f'isimhom;
|
|
(b)
|
ikopru t-territorju kollu tal-Istat Membru u l-iskart kollu mill-imballaġġ mit-tipi kollha tal-imballaġġ u tal-attivitajiet, u jqisu d-daqs tal-popolazzjoni, il-volum u l-kompożizzjoni mistennija tal-iskart mill-imballaġġ, kif ukoll l-aċċessibbiltà u l-prossimità għall-utenti finali; dawn għandhom jinkludu l-ġbir separat fl-ispazji pubbliċi, fil-bini tan-negozji u fiż-żoni residenzjali, u għandu jkollhom kapaċità suffiċjenti;
|
|
(c)
|
għandhom ikunu miftuħa wkoll għall-prodotti importati, b'kundizzjonijiet nondiskriminatorji, b’mod partikolari fir-rigward tal-arranġamenti dettaljati u ta' kwalunkwe tariffa imposta għall-aċċess, u għandhom jiġu ddisinjati sabiex jevitaw ostakli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
|
|
|
Artikolu 48 6
|
6. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu s-sistemi pubbliċi għall-immaniġġar tal-iskart biex jipparteċipaw fl-organizzazzjoni tas-sistemi msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 48 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu r-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ li jissodisfa l-istandards tal-kwalità għall-użu tal-materjali riċiklati f'setturi rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|