2. Il-penali għan-nuqqas ta’ konformità mal-Artikoli 24 sa 29 għandhom jinkludu multi amministrattivi. Meta s-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix multi amministrattivi, dan il-paragrafu jista' jiġi applikat b'tali mod li l-proċedura tal-immultar tinbeda mill-awtorità rilevanti u li dik il-multa tiġi imposta mill-qrati nazzjonali kompetenti, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-multi amministrattivi msemmija f'dan il-paragrafu. Fi kwalunkwe każ, il-multi imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.