1. Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, meta d-data tiġi pproċessata f’format elettroniku, il-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a)
|
sommarji tal-pazjenti;
|
|
(c)
|
iddispensar elettroniku;
|
|
(d)
|
studji ta’ immaġnijiet mediċi u rapporti dwar l-immaġni relatati;
|
|
(e)
|
riżultati tat-testijiet mediċi, inklużi riżultati tal-laboratorju u riżultati dijanjostiċi oħrajn u rapporti relatati; u
|
|
(f)
|
rapporti tar-rilaxx mill-isptar.
|
Il-karatteristiċi ewlenin tal-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għall-użu primarju għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedufil-liġi nazzjonali tagħhomli kategoriji addizzjonali ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa jiġu aċċessati u skambjati għal użu primarju skont dan il-Kapitolu.
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet transkonfinali għall-kategoriji tad-data elettronika personal dwar is-saħħa msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 23(8). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċeudra ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).