+Artikolu 14 Kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għal użu primarju
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2

Artikolu 14 Kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għal użu primarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Għall-għanijiet ta’ dan il-Kapitolu, meta d-data tiġi pproċessata f’format elettroniku, il-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

sommarji tal-pazjenti;

(b)

riċetti elettroniċi;

(c)

iddispensar elettroniku;

(d)

studji ta’ immaġnijiet mediċi u rapporti dwar l-immaġni relatati;

(e)

riżultati tat-testijiet mediċi, inklużi riżultati tal-laboratorju u riżultati dijanjostiċi oħrajn u rapporti relatati; u

(f)

rapporti tar-rilaxx mill-isptar.

Il-karatteristiċi ewlenin tal-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għall-użu primarju għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedufil-liġi nazzjonali tagħhomli kategoriji addizzjonali ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa jiġu aċċessati u skambjati għal użu primarju skont dan il-Kapitolu.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet transkonfinali għall-kategoriji tad-data elettronika personal dwar is-saħħa msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 23(8). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċeudra ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

Artikolu 14 2

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 97 biex temenda dan ir-Regolament billi temendal-Anness I permezz ta’ żieda, modika jew tneħħija tal-karatteristiċi prinċipali tal-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa kif imsemmija fil-paragrafu 1, dment li l-emendi ikollhom l-għan li li jadattaw il-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għal żviluppi tekniċi u standards internazzjonali. Barra minn hekk, iż-żidiet u l-modifiki ta’ dawk il-karatteristiċi għandhom jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a)

il-karatteristika hija rilevanti għall-kura tas-saħħa pprovduti lil persuni fiżiċi;

(b)

il-karatteristika tintuża fil-maġġoranza tal-Istati Membri skont l-aktar informazzjoni reċenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.