2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 97 biex temenda dan ir-Regolament billi temendal-Anness I permezz ta’ żieda, modika jew tneħħija tal-karatteristiċi prinċipali tal-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa kif imsemmija fil-paragrafu 1, dment li l-emendi ikollhom l-għan li li jadattaw il-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa għal żviluppi tekniċi u standards internazzjonali. Barra minn hekk, iż-żidiet u l-modifiki ta’ dawk il-karatteristiċi għandhom jissodisfaw iż-żewġ kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
il-karatteristika hija rilevanti għall-kura tas-saħħa pprovduti lil persuni fiżiċi;
|
|
(b)
|
il-karatteristika tintuża fil-maġġoranza tal-Istati Membri skont l-aktar informazzjoni reċenti.
|