1. Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta speċifikazzjonijiet komuni fir-rigward tar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II, inkluż mudell komuni uskadenza għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni. Fejn rilevanti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet komuni għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-apparati mediċi u tas-sistemi tal-IA ta’ riskju għoli msemmija fl-Artikolu 27(1) u (2), rispettivament, inklużi standards tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-informatika dwar is-saħħa u l-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).