2. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jinfurmaw lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa bi kwalunkwe data elettronika dwar is-saħħa li jkun fiha kontenut jew informazzjoni protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sigrieti kummerċjali jew koperta mid-dritt regolatorju tal-protezzjoni tad-data stabbilit mill-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jew l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jidentifikaw liema partijiet tas-settijiet tad-data huma kkonċernati u jiġġustifikaw il-ħtieġa għall-protezzjoni speċifikatad-data. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni meta tiġi kkomunikata lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa d-deskrizzjoni tas-sett tad-data li jkollhom skont l-Artikolu 60(3) ta’ dan ir-Regolament jew, mhux aktar tardminn wara talba riċevuta mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa;