+Artikolu 52 Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u sigrieti kummerċjali
---+Artikolu 52 1
---+Artikolu 52 2
---+Artikolu 52 3
---+Artikolu 52 4
---+Artikolu 52 5
|
Artikolu 52 Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u sigrieti kummerċjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1
|
1. Id-data elettronika dwar is-saħħa protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jew koperta mid-dritt regolatorju tal-protezzjoni tad-data stabbilitfl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill (36) jew l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) għandha tkun disponibbli għall-użu sekondarju f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 52 2
|
2. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jinfurmaw lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa bi kwalunkwe data elettronika dwar is-saħħa li jkun fiha kontenut jew informazzjoni protetta mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sigrieti kummerċjali jew koperta mid-dritt regolatorju tal-protezzjoni tad-data stabbilit mill-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jew l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jidentifikaw liema partijiet tas-settijiet tad-data huma kkonċernati u jiġġustifikaw il-ħtieġa għall-protezzjoni speċifikatad-data. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni meta tiġi kkomunikata lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa d-deskrizzjoni tas-sett tad-data li jkollhom skont l-Artikolu 60(3) ta’ dan ir-Regolament jew, mhux aktar tardminn wara talba riċevuta mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa;
|
|
Artikolu 52 3
|
3. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u proporzjonati speċifiċi kollha, inklużi ta’ natura legali, organizzattiva u teknika, li jqisu meħtieġa biex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jew id-dritt regolatorju tal-protezzjoni tad-data stabbilit mill-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jew l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jibqgħu responsabbli għad-determinazzjoni jekk tali miżuri humiex neċessaeji i xierqa;
|
|
Artikolu 52 4
|
4. Meta joħorġu permessi tad-data f’konformità mal-Artikolu 68, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jistgħu jagħmlu l-aċċess għal ċerta data elettronika dwar is-saħħa kundizzjonali fuq miżuri legali, organizzattivi u tekniċi. li. jistgħu jinkludu arranġamenti kuntrattwali bejn id-detenturi tad-data dwar is-saħħa u l-utenti tad-data dwar is-saħħa għal kondiviżjoni ta’ data li jkun fiha informazzjoni jew kontenut protett mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew mis-sigrieti kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tirrakkomanda mudelli mhux vinkolanti ta’ termini kuntrattwali għal tali arranġamenti;
|
|
Artikolu 52 5
|
5. Fejn l-għoti tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għal użu sekondarju jinvolvi riskju serju ta’ ksur ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali, tas-sigrieti kummerċjali jew tad-dritt regolatorju tal-protezzjoni tad-data stabbilitmill-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jew l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 li ma jistax jiġi indirizzat b’mod sodisfaċenti, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jirrifjuta l-aċċess għall-applikant għad-data dwar is-saħħa għal tali data. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jinforma u jipprovdi lill-utent tad-data ġustifikazzjoni għal dak ir-rifjut. Id-detenturi tad-data dwar is-saħħa u l-applikanti tad-data dwar is-saħħa għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment f’konformità mal-Artikolu 81 ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|