+Artikolu 54 Użu sekondarju pprojbit
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 (a)
---+Artikolu 54 (b)
---+Artikolu 54 (c)
---+Artikolu 54 (d)
---+Artikolu 54 (e)

Artikolu 54 Użu sekondarju pprojbit

L-utenti tad-data dwar is-saħħa għandhom jipproċessaw biss data elettronika dwar is-saħħa għall-użu sekondarju abbażi ta’ u f’konformità mal-għanijiet li jinsabu f’permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68 jew talbiet għad-data dwar is-saħħa skont l-Artikolu 69 jew, f’sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 67(3), approvazzjoni ta’ aċċess mill-parteċipant awtorizzat rilevanti fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) imsemmija fl-Artikolu 75.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 2

B’mod partikolari, it-talba għal aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa u l-ipproċessar ta’ data elettronika dwar is-saħħa miksuba permezz ta’ permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68 tagħha jew talba għal data dwar is-saħħa approvata skont l-Artikolu 69 għall-użi li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

Artikolu 54 (a)

it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ detriment għal persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċiabbażi tad-data elettronika dwar is-saħħa tagħhom; sabiex jikkwalifikaw bħala “deċiżjonijiet” għall-finijiet ta’ dan il-punt, iridu jipproduċu effetti legali, soċjali jew ekonomiċi jew jaffettwaw b’mod simili lil dawk il-persuni fiżiċi;

Artikolu 54 (b)

it-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ta’ grupp ta’ persuni fiżiċi fir-rigward ta’ offerti tal-impjieg, li joffru termini inqas favorevoli fil-forniment ta’ oġġetti jew servizzi, inkluż l-esklużjoni ta’ tali persuni jew gruppi mill-benefiċċju ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jew kreditu, il-modifika tal-kontribuzzjonijiet u l-primjums tal-assigurazzjoni tagħhom jew kundizzjonijiet ta’ self, jew kwalunkwe teħid ta’ deċiżjonijiet ieħor, fir-rigward ta’ persuna fiżika jew ta’ gruppta’ persuni fiżiċi li jirriżulta f’diskriminazzjoni kontrihom abbażi tad-data dwar is-saħħa miksuba;

Artikolu 54 (c)

it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ reklamar jew ta’ kummerċjalizzazzjoni;

Artikolu 54 (d)

l-iżvilupp ta’ prodotti jew servizzi li jistgħu jagħmlu ħsara lill-individwi, lis-saħħa pubblika jew lis-soċjetajiet b’mod ġenerali, bħal drogi illeċiti, xorb alkoħoliku, prodotti tat-tabakk u tan-nikotina, jew oġġetti jew servizzi li jkunu mfassla jew immodifikati b’tali mod li joħolqu vizzju, jiksru l-ordni pubbliku jew joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem.

Artikolu 54 (e)

it-twettiq ta’ attivitajiet f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet etiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali;

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.