Artikolu 70
Mudelli li jappoġġaw l-aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa għal użu sekondarju
Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudelli għall-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa, il-permess tad-data u t-talba għad-data dwar is-saħħa msemmija fl-Artikoli 67, 68 u 69, rispettivament.. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).