6. L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċedura ta’ applikazzjoni aċċellerata għal aċċess għal data dwar is-saħħa għall-korpi tas-settur pubbliku u għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji tal-Unjoni b’mandat legali fil-qasam tas-saħħa pubblika jekk l-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa elettronika għandu jitwettaq għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(1), il-punti (a), (b) u (c).
Meta tapplika tali -proċedura aċċellerata, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu joħroġ jew jirrifjuta permess tad-data fi żmien xahrejn minn meta jirċievi applikazzjoni kompluta għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jestendi l-perjodu għat-tweġiba għal applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa b’xahar addizzjonali fejn meħtieġ.