+Artikolu 68 Permess tad-data
---+Artikolu 68 1
---+Artikolu 68 2
---+Artikolu 68 3
---+Artikolu 68 4
---+Artikolu 68 5
---+Artikolu 68 6
---+Artikolu 68 7
---+Artikolu 68 8
---+Artikolu 68 9
---+Artikolu 68 10
---+Artikolu 68 11
---+Artikolu 68 12
---+Artikolu 68 13
---+Artikolu 68 14

Artikolu 68 Permess tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 68 1

1.   Għall-finijiet tal-għoti ta’ aċċess għall-data elettronika dwar is-saħħa, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jivvalutaw jekk il-kriterji kumulattivi li ġejjin humiex issodisfati:

(a)

l-għanijiet deskritti fl-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa jikkorrispondux għal wieħed jew aktar mill-għanijiet elenkati fl-Artikolu 53(1);

(b)

id-data mitluba tkun meħtieġa, adegwata u proporzjonata għall-għanijiet deskritti fl-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal--minimizzazzjoni tad-data u l-limitazzjoni tal-għan previst fl-Artikolu 66;

(c)

l-ipproċessar ikun konformi mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, u fil-każ ta’ data psewdonimizzata, ikun hemm ġustifikazzjoni suffiċjentli l-għan ma jistax jinkiseb b’data anonimizzata;

(d)

l-applikant għal data dwar is-saħħa ikun kwalifikat fir-rigward tal-għanijiet maħsuba tal-użu tad-data u jkollu għarfien espert xieraq, inklużi kwalifiki professjonali fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, il-kura, is-saħħa pubblika jew ir-riċerka, konsistenti mal-prattika etika u l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli;

(e)

l-applikant għal data dwar is-saħħa juri biżżejjed miżuri tekniċi u organizzattivi biex jipprevjeni l-użu ħażin tad-data elettronika dwar is-saħħa u jipproteġi d-drittijiet u l-interessi tad-detentur tad-data dwar is-saħħa u tal-persuni fiżiċi kkonċernati;

(f)

l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-aspetti etiċi tal-ipproċessar, imsemmija fl-Artikolu 67(2), il-punt (j), meta applikabbli, tikkonformax mal-liġi nazzjonali;

(g)

meta l-applikant għal data dwar is-saħħa ikollu l-intenzjoni li jrid jagħmel użu minn eċċezzjoni skont l-Artikolu 71(4), l-ġustifikazzjoni meħtieġa mil-liġi nazzjonali adottata skont dak l-Artikolu tkunx ingħatat;

(h)

ir-rekwiżiti l-oħra kollha f’dan il-Kapitolu jiġu ssodisfati mill-applikant għal data dwar is-saħħa.

Artikolu 68 2

2.   Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jqis ukoll danli ġej:

(a)

riskji għad-difiża nazzjonali, is-sigurtà, is-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku;

(b)

ir-riskju li tiġi mminata il-kunfidenzjali tad-data fil-bażijiet tad-data governattivi tal-awtoritajiet regolatorji.

Artikolu 68 3

3.   Fejn il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jikkonkludi li r-rekwiżiti fil-paragrafu 1 huma ssodisfati u r-riskji msemmija fil-paragrafu 2 jittaffew biżżejjed, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jagħti l-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa billi joħroġ permess tad-data. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jirrifjutaw l-applikazzjonijiet għal data dwar is-saħħa kollha meta r-rekwiżiti f’dan il-Kapitolu ma jiġux issodisfati.

Meta r-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ permess tad-data ma jiġux issodisfati, iżda r-rekwiżiti biex jingħata rispons f’format ta’ statistika anonimatizzat skont l-Artikolu 69 jiġu ssodisfati, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jiddeċiedi li jipprovdi tali rispons bil-kundizzjoni li l-għoti ta’ dak ir-rispons jtaffi r-riskji u, jekk l-għan tal-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa jkun jista’ jiġi jintlaħaq b’dan il-mod, li l-applikant tad-data dwar is-saħħa jaqbel li jirċievirispons f’format statistiku anomimizzat skont l-Artikolu 69.

Artikolu 68 4

4.   B’deroga mir-Regolament (UE) 2022/868, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu joħroġ jew jirrifjuta permess tad-data fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi applikazzjoni kompluta għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Jekk il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jsib li l-applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa mhijiex kompluta, huwa għandu jinnotifika lill-applikant għal data dwar is-saħħa, li għandu jingħata l-possibbiltà li jlesti dik l-applikazzjoni. Jekk l-applikant għal data dwar is-saħħa ma jikkompletax l-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa fi żmien erba’ ġimgħat, ma għandux jinħareġ permess tad-data.

Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jestendi l-perjodu biex iwieġeb għal applikazzjoni għall-aċċess għad-data bi tliet xhur oħra fejn meħtieġ, filwaqt li jqis l-urġenza u l-kumplessità tat-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa u l-volum tat- applikazzjonijiet għal aċċess għal data dwar is-saħħa sottomessi għal deċiżjoni. F’każijiet bħal dawn, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jinnotifika lill-applikant għal data dwar is-saħħa mill-aktar fis possibbli li jeħtieġ aktar żmien biex jeżamina l-applikazzjoni għal aċċess għal data dwar is-saħħa, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien.

Artikolu 68 5

5.   Meta jittrattaw applikazzjoni għall-aċċess transkonfinali għal data elettronika dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 67(3), il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa u l-parteċipanti awtorizzati rilevanti fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) imsemmija fl-Artikolu 75 għandhom jibqgħu responsabbli għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jingħata jew jiġi rrifjutat l-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa fil-mandat tagħhom f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.

Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa u l-parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) kkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar id-deċiżjonijiet tagħhom. Humajistgħu jqisu dik l-informazzjoni meta jiddeċiedu dwar l-għoti jew ir-rifjut tal-aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa.

Permess tad-data maħruġ minn korp wieħed tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jibbenefika minn rikonoxximent reċiproku mill-korpi l-oħra tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.

Artikolu 68 6

6.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu proċedura ta’ applikazzjoni aċċellerata għal aċċess għal data dwar is-saħħa għall-korpi tas-settur pubbliku u għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji tal-Unjoni b’mandat legali fil-qasam tas-saħħa pubblika jekk l-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa elettronika għandu jitwettaq għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 53(1), il-punti (a), (b) u (c).

Meta tapplika tali -proċedura aċċellerata, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu joħroġ jew jirrifjuta permess tad-data fi żmien xahrejn minn meta jirċievi applikazzjoni kompluta għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jestendi l-perjodu għat-tweġiba għal applikazzjoni għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa b’xahar addizzjonali fejn meħtieġ.

Artikolu 68 7

7.   Wara l-ħruġ tal-permess tad-data, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jitlob immedjatament id-data elettronika dwar is-saħħa mingħand id-detentur tad-data dwar is-saħħa. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jagħmel disponibbli d-data elettronika dwar is-saħħa għall-utent tad-data dwar is-saħħa fi żmien xahrejn wara li jirċieviha mid-detenturi tad-data dwar is-saħħa, sakemm il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa ma jispeċifikax li d-data għandha tiġi pprovduta f’perjodu ta’ żmien itwal speċifikat.

Artikolu 68 8

8.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa u l-parteċipanti awtorizzati fid-DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) li jkunu ħarġu permess tad-data jew approvazzjoni ta’ aċċess, rispettivament, jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur ipprovdut mill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75(9).

Artikolu 68 9

9.   Fejn joħroġ il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jirrifjuta li joħroġ permess tad-data, dan għandu jipprovdi ġustifikazzjoni għal dak ir-rifjut lill-applikant għal data dwar is-saħħa.

Artikolu 68 10

10.   Meta jinħareġ permess tad-data, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jistabbilixxi f’dak il-permess tad-data l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-utent tad-data dwar is-saħħa. Il-permess tad-data għandu jkun fih dan li ġej:

(a)

il-kategoriji, l-ispeċifikazzjoni u l-format tad-data elettronika dwar is-saħħa li għandha tiġi aċċessata, li huma koperti mill-permess tad-data, inklużi s-sorsi tagħhom u indikazzjoni dwar jekk id-data elettronika dwar is-saħħa għandhiex tiġi aċċessata f’format psewdonimizzat fl-ambjent tal-ipproċessar sigur;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-għan li għalih id-data dwar is-saħħa elettronika ssir disponibbli;

(c)

meta jkun previst u jkun applikabbli mekkaniżmu biex jimplimenta eċċezzjoni skont l-Artikolu 71(4), informazzjoni dwar jekk ikunx ġie applikat u r-raġuni għad-deċiżjoni relatata;

(d)

l-identità tal-persuni awtorizzati, b’mod partikolari l-identità tal-investigatur prinċipali, bi drittijiet ta’ aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur;

(e)

id-durata tal-permess tad-data;

(f)

l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-għodod tekniċi disponibbli għall-utent tad-data dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur;

(g)

it-tariffi li għandhom jitħallsu mill-utent tad-data dwar is-saħħa;

(h)

kwalunkwe kundizzjoni speċifika.

Artikolu 68 11

11.   L-utenti tad-data dwar is-saħħa għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jipproċessaw id-data elettronika dwar is-saħħa f’ambjent tal-ipproċessar sigur f’konformità mal-permess tad-data maħruġ lilhom abbażi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 68 12

12.   Permess tad-data għandu jinħareġ għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-għanijiet mitluba u dak it-tul ta’ żmien ma għandux jaqbeż l-għaxar snin. Dak it-tul ta’ żmien jista’ jiġi estiż darba, għal perjodu li ma jaqbiżx l-għaxar snin, fuq talba tal-utent tad-data dwar is-saħħa, abbażi ta’ argumenti u dokumenti li jiġġustifikaw dik l-estensjoni li għandha tiġi ppreżentati xahar qabel ma jiskadi l-permess tad-data. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jitlob tariffi li jistgħu jgħolew biex jirrifletti l-kostijiet u r-riskji tal-ħżin tad-data elettronika dwar is-saħħa għal perjodu li jaqbeż il-perjodu inizjali. Sabiex jitnaqqsu dawn il-kostijiet u t-tariffi, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jista’ jipproponi wkoll lill-utent tad-data dwar is-saħħa biex jaħżen is-sett tad-data f’sistema tal-ħżin b’kapaċitajiet imnaqqsa. Tali kapaċitajiet imnaqqsa ma għandhomx jaffettwaw is-sigurtà tas-sett tad-data pproċessat. Id-data elettronika dwar is-saħħa fl-ambjent tal-ipproċessar sigur għandha titħassar fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-permess tad-data. Fuq talba tal-utent tad-data dwar is-saħħa, il-formula għall-ħolqien tas-sett tad-data mitlub tista’ tinħażen mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.

Artikolu 68 13

13.   Jekk il-permess tad-data dwar is-saħħa jkun jeħtieġ li jiġi aġġornat, l-utent tad-data għandu jissottometti talba għal emenda tal-permess tad-data.

Artikolu 68 14

14.   Il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa logo għar-rikonoxximent tal-kontribuzzjoni tal-EHDS, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.