1. Fil-każ ta’ reġistri u ta’ bażijiet tad-data transkonfinali, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa li bih ir-reġistru jew il-bażi tad-data speċifiċi li fihom ikun irreġistrat id-detentur tad-data għandu jkun kompetenti biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa biex jingħata aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa skont il-permess tad-data. Meta tali reġistri jew bażijiet tad-data jkollhom kontrolluri konġunti, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa li jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa li għandhom jintużaw biex li jipprovdi aċċess għad-data elettronika dwar is-saħħa għandu jkun il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit wieħed mill-kontrolluri konġunti.