+Artikolu 89 3
|
Artikolu 89 3
3. Fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2, fejn awtorità tas-saħħa diġitali, korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jew utent tad-data dwar is-saħħa jkun d-destinatarju ta’ deċiżjoni jew ta’ sentenza ta’ qorti jew ta’ tribunal ta’ pajjiż terz jew ta’ deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz li tirrikjedihom jitrasferixxu jew jew jagħtu aċċess għal data mhux personali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament miżmuma fl-Unjoni u l-konformità ma’ tali deċiżjoni jew sentenza tirriskja li tqiegħed lid-destinatarju f’kunflitt mal-liġi tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti, it-trasferiment ta’ tali data jew l-aċċess għal tali data lil dak il-qorti, dak it-tribunal jew dik l-awtorità amministrattiva tal-pajjiż terz għandu jseħħ jew jiġi pprovdut biss meta:
|
(a)
|
is-sistema legali tal-pajjiż terz tirrikjedi li jiġu stabbiliti r-raġunijiet u l-proporzjonalità ta’ tali deċiżjoni jew sentenza, u tirrikjedi li tali deċiżjoni jew sentenza tkun ta’ natura speċifika, pereżempju billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ma’ ċerti persuni suspettati jew ksur;
|
|
(b)
|
l-oġġezzjoni motivata tad-destinatarju tkun suġġetta għal rieżami minn qorti jew tribunal kompetenti tal-pajjiż terz; and
|
|
(c)
|
il-qorti jew it-tribunal kompetenti tal-pajjiż terz li jagħti d-deċiżjoni jew is-sentenza jew li jirrieżamina d-deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva huma mogħtija s-setgħa mil-liġi nazzjonali tal- pajjiż terz li jqisu kif xieraq l-interessi legali rilevanti tal-fornitur tad-data protetta mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|