+Preamble: 1
|
Preamble: 1
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,
Billi:
|
(1)
|
Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Komunità”) għandha l-għan li ttejjeb l-istandard tal-għajxien fl-Istati Membri billi tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkomplementaha billi twettaq Programm tar-riċerka u t-taħriġ tal-Komunità.
|
|
(2)
|
Ir-riċerka nukleari tista’ tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali, il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza nukleari, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw ħafna ċittadini, u dik ir-riċerka tista’ twassal għal titjib f’setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà.
|
|
(3)
|
B’rispett sħiħ għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita enerġetika tagħhom, ir-riżultati tar-riċerka tal-programm stabbilit b’dan ir-Regolament jistgħu potenzjalment jikkontribwixxu għal sistema tal-enerġija newtrali għall-klima b’mod sikur, effiċjenti u sigur.
|
|
(4)
|
Biex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell Komunitarju, jeħtieġ li jiġi stabbilit il-Programm tar-Riċerka u t-Taħriġ tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2027 (il-“Programm Euratom 2026-2027”) biex il-perjodu tiegħu jkun allinjat ma’ dak tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (1). Il-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkompli għaddej bl-attivitajiet ewlenin tar-riċerka tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ preċedent tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għas-snin 2021-2025 stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 (2) (il-“Programm Euratom 2021-2025”), bl-istess objettivi u bl-istess mod ta’ implimentazzjoni.
|
|
(5)
|
Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm tal-Euratom 2021-2025 enfasizza r-rilevanza tal-karatteristiċi differenti ta’ dak il-Programm. Skont ir-rapport, dawk il-karatteristiċi jinkludu: (a) il-portafoll wiesa’ tar-riċerka li jappoġġa s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija; (b) il-valur miżjud tal-UE għar-riċerka fil-fissjoni; (c) l-appoġġ għall-partijiet ikkonċernati b’sikurezza aħjar u l-bażi tal-għarfien marbut ma’ kwistjonijiet ta’ sikurezza tat-tħaddim fit-tul tal-impjanti tal-enerġija nukleari attwali; (d) tħejjijiet għas-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji għal sistemi nukleari avvanzati; (e) l-iżvilupp ulterjuri tar-riċerka fil-fużjoni b’titjib fil-governanza; u (f) id-definizzjoni tal-prijoritajiet tal-programm u l-identifikazzjoni ta’ perkorsi aktar kredibbli u realistiċi. Ir-rapport ikkonkluda li dawk il-karatteristiċi jenħtieġ li jinżammu fl-estensjoni tal-Programm Euratom 2026-2027.
|
|
(6)
|
Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa maħsub u mfassal minħabba l-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika ta’ attivitajiet appoġġati. Dan irid jinkiseb billi jiġi stabbilit għadd limitat ta’ objettivi speċifiċi ffukati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u mhux tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert meħtieġ, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u l-appoġġ għall-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.
|
|
(7)
|
Il-Programm Euratom 2026-2027 hu parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex tkompli tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika u tippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni nukleari biex tiżgura l-aqwa standards tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-salvagwardji, ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni, fjuwil użat sikur, ġestjoni tal-iskart radjuattiv u dekummissjonar fil-qasam nukleari, f’konformità mal-objettivi tal-programm stipulati f’dan ir-Regolament.
|
|
(8)
|
Billi l-Istati Membri kollha jużaw xi materjali radjuattivi, hu importanti li tkun żgurata l-ġestjoni responsabbli u sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, kif teħtieġ id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (3), ħalli jkun evitat li jiġu imposti piżijiet żejda fuq il-ġenerazzjonijiet futuri. Jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 ikompli jtejjeb u jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp relatati mat-teknoloġiji u l-kompetenzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv.
|
|
(9)
|
Fi ħdan il-Programm Euratom 2026-2027, ir-riċerka fl-enerġija mill-fużjoni jenħtieġ li tiġi implimentata f’konformità mal-Pjan Direzzjonali Ewropew dwar il-Fużjoni, li jiddeskrivi r-riċerka u l-iżviluppi meħtieġa biex jipprovdu l-bażi għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni li jiġġenera l-elettriku, u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (4). Fuq perjodu qasir sa medju, il-pass ewlieni jenħtieġ li jkun li titlesta l-kostruzzjoni u jibda jitħaddem l-ITER, filwaqt li l-attivitajiet Ewropej dwar l-ITER jenħtieġ li jiġu kkomplementati bi programm vigoruż tar-riċerka fil-fużjoni sabiex dan jappoġġa l-operazzjonijiet futuri tal-ITER u t-tħejjija għall-ewwel impjant tal-enerġija mill-fużjoni.
|
|
(10)
|
Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u jenħtieġ li dan jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-żona Ewropea tar-riċerka.
|
|
(11)
|
Jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jfittex sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni, mit-tfassil u l-ippjanar strateġiku tagħhom, tul il-proċess tal-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti, sal-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza.
|
|
(12)
|
L-azzjonijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat, u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan ser jiżgura l-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Programm Euratom 2026-2027 u r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jevita distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni fis-suq intern.
|
|
(13)
|
Filwaqt li hija l-għażla individwali ta’ kull Stat Membru jekk għandux juża l-enerġija nukleari, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti. Permezz tal-attivitajiet ta’ riċerka tiegħu, il-Programm Euratom 2026-2027 ser jikkontribwixxi wkoll biex titrawwem diskussjoni wiesgħa fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet u r-riskji tal-enerġija nukleari.
|
|
(14)
|
Biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 joffri appoġġ b’kontribuzzjonijiet finanzjarji ħalli r-riċerkaturi fil-qasam nukleari jsiru eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie fl-istess livell tar-riċerkaturi f’oqsma oħra.
|
|
(15)
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu kollu tal-Programm Euratom 2026-2027 li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (6), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.
|
|
(16)
|
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għall-Programm Euratom 2026-2027. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż regoli dwar l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist, il-ġestjoni indiretta, l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja u r-rimborż għal esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jinkludu wkoll reġim ġenerali tal-kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
|
|
(17)
|
It-tipi tal-finanzjament u l-metodi tal-implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu skont l-adegwatezza tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u jinkisbu r-riżultati, filwaqt li, b’mod partikolari, jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, jenħtieġ li dan ikun jikkunsidra l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji.
|
|
(18)
|
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata parteċipazzjoni adegwata tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u tas-settur privat b’mod ġenerali. Jenħtieġ li jsiru valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ.
|
|
(19)
|
L-attivitajiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 jenħtieġ li jkollhom l-għan li jxejnu l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 TFUE. Jenħtieġ li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi integrata fir-riċerka u l-innovazzjoni u tingħata segwitu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka.
|
|
(20)
|
Bl-għan li japprofondixxi r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u li jżid il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jiffavorixxi l-involviment infurmat taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili f’materji ta’ riċerka u innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni xjentifika, jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, jiżviluppa aġendi responsabbli ta’ riċerka u innovazzjoni li jindirizzaw it-tħassib u jissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili, u jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tal-Programm Euratom 2026-2027.
|
|
(21)
|
Jenħtieġ li l-azzjonijiet li jidħlu fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
(22)
|
Huwa importanti li dan jibqa’ jiffaċilita l-isfruttament tal-proprjetà intellettwali żviluppata mill-parteċipanti, filwaqt li jipproteġi l-interessi leġittimi ta’ parteċipanti oħra u tal-Komunità f’konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 2, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-“Trattat Euratom”).
|
|
(23)
|
Biex tiżgura l-akbar impatt possibbli tal-finanzjament tal-Euratom, meta jkun xieraq, il-Komunità tista’ tikkunsidra Sħubiji Ewropej ma’ sħab mis-settur pubbliku jew privat, dment li l-impatt mixtieq ikun jista’ jinkiseb b’mod aktar effettiv fi sħubija milli mill-Komunità waħedha, u meta mqabbel ma’ forom oħra ta’ appoġġ tal-Programm Euratom 2026-2027. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura li sħubiji bħal dawn ikunu jħaddmu approċċ ta’ ċiklu tal-ħajja ċar u jimxu bi proċess trasparenti tal-għażla u tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695.
|
|
(24)
|
Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-objettivi tal-Programm Euratom 2026-2027 jiġu indirizzati bi strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji fl-ambitu ta’ programmi bbażati fuq it-TFUE, dment li l-azzjonijiet ikunu konformi mal-objettivi u r-regoli ta’ dawk il-programmi.
|
|
(25)
|
Biex tkun żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli u jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-benefiċjarji, il-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom 2026-2027 u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-regoli rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/695, b’ċerti adattamenti jew eċċezzjonijiet. Jenħtieġ li għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet rilevanti u t-tipi ewlenin ta’ azzjoni stipulati f’dak ir-Regolament.
|
|
(26)
|
Il-fond ta’ garanzija għall-parteċipanti mwaqqaf fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati mill-parteċipanti inadempjenti. Dak il-mekkaniżmu ta’ salvagwardja jenħtieġ għalhekk li jitkompla. Barra minn hekk, azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu koperti mill-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni mutwa stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695.
|
|
(27)
|
Jenħtieġ li ċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta (il-“JRC”) jkompli jipprovdi lill-Unjoni u l-Istati Membri, kif xieraq, b’evidenza xjentifika u appoġġ tekniku indipendenti mmexxija mill-klijenti tul iċ-ċiklu tal-politika kollu. Jenħtieġ li l-azzjonijiet diretti tal-JRC jiġu implimentati b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jkunu jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, u li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ April 1994 dwar ir-rwol tal-JRC, jenħtieġ li l-JRC ikompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta’ attivitajiet kompetittivi ta’ appoġġ għall-politiki tal-Unjoni jew f’isem partijiet terzi. Jenħtieġ li l-JRC jkun jista’ jipparteċipa f’azzjonijiet indiretti, meta l-programm ta’ ħidma rilevanti jipprevedi dan.
|
|
(28)
|
F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (10), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (11) u (UE) 2017/1939 (12), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti b’miżuri proporzjonati, fosthom miżuri relatati mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru tal-fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati ħażin u, meta xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, biex jistabbilixxi jekk hemmx frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-“UPPE”) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jipproċessa reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mingħand l-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.
|
|
(29)
|
Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fil-Programm Euratom 2026-2027 abbażi tal-istrumenti legali rispettivi tagħhom. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika li teħtieġ li l-pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa biex l-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.
|
|
(30)
|
Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fl-ambitu tal-Programm Euratom 2026-2027 u fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).
|
|
(31)
|
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (15), jenħtieġ li l-Programm Euratom 2026-2027 jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jkunu evitati l-piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, u regolamentazzjoni żejda. Meta xieraq, dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm Euratom 2026-2027 fil-prattika.
|
|
(32)
|
Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom (16), ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC.
|
|
(33)
|
Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat b’mod volontarju u ta opinjoni (17). Anke l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ġie kkonsultat b’mod volontarju u ta opinjoni (18).
|
|
(34)
|
Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament (Euratom) 2021/765 jitħassar,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|