+Artikolu 10 Qafas għall-ġestjoni komprensiva tar-riskji
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4

Artikolu 10 Qafas għall-ġestjoni komprensiva tar-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Operatur ta’ SIPS għandu jistabilixxi u jżomm qafas ta’ ġestjoni tar-riskju b’saħħtu li jidentifika, ikejjel, iżomm monitoraġġ u jiġġestixxi l-firxa sħiħa tar-riskji li joriġinaw minn jew huma jew jaqgħu fuq is-SIPS. Huwa għandu jeżamina l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju mill-inqas kull sena. Il-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju għandu:

(a)

jinkludi l-politika ta’ tolleranza tar-riskju tal-operatur ta’ SIPS u għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju;

(b)

jassenja responsabbiltà u kontabbiltà għad-deċiżjonijiet tar-riskju;

(c)

jindirizza teħid ta’ deċiżjonijiet f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza relatati mas-SIPS, inkluż l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji li potenzjalment għandhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro fejn l-operatur ta’ SIPS jew wieħed mill-parteċipanti huma stabbiliti.

Artikolu 10 2

2.   Operatur ta’ SIPS għandu jipprovdi inċentivi lil parteċipanti u, fejn rilevanti, llil-klijenti tagħhom biex jiġġestixxu u jillimitaw ir-riskji li jimponu lil u jġorru mis-SIPS. Fir-rigward ta’ parteċipanti, inċentivi bħal dawn għandhom jinkludu sistema ta’ penali finanzjarji effettiva, proporzjonata u dissważiva jew arranġamenti ta’ kondiviżjoni tat-telf, jew it-tnejn.

Artikolu 10 3

3.   Operatur ta’ SIPS għandu jirrevedi r-riskji materjali li s-SIPS iġġorr minn u timponi fuq entitajiet oħra, inkluż, inter alia, IFM, banek tas-saldu, fornituri ta’ likwidità u fornituri tas-servizz, bħala riżultat tal-interdipendenzi mill-inqas kull sena. L-operatur ta’ SIPS għandu jiżviluppa għodod għall-ġestjoni tar-riskju li huma robusti u proporzjonati għal-livell tar-riskju identifikat.

Artikolu 10 4

4.   Operatur ta’ SIPS għandu jiddefinixxi l-funzjonijiet, l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS. L-operatur ta’ SIPS għandu jidentifika xenarji speċifiċi li jistgħu jipprevenuh milli jkun jista’ jipprovdi dawn l-operazzjonijiet kritiċi u servizzi bħala negozju avvjat u għandu jevalwa l-effettività tal-opzjonijiet kollha għall-irkupru jew, bl-eċċezzjoni ta’ SIPS tal-Eurosistema, stralċ ordinat. Għandu jirrevedi l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi mill-inqas kull sena. Abbażi ta’ din l-istima, operatur ta’ SIPS għandu jipprepara pjan vijabbli għall-irkupru tas-SIPS u, ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, stralċ ordinat. Il-pjan ta’ stralċ ordinat u ta’ rkupru għandhom jikkonsistu, inter alia, f’taqsira sostantiva tal-istrateġiji ewlenin ta’ rkupru u ta’ stralċ ordinat, stqarrija mill-ġdid tal-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS, u deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw l-istrateġiji prinċipali. Operatur ta’ SIPS għandu, fejn applikabbli, jipprovdi lill-awtoritajiet rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1355
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.