+Artikolu 6 Ċertifikazzjoni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
|
Artikolu 6 Ċertifikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1
|
1. Sas-17 ta’ Diċembru 2027, u kull tliet snin wara dan, l-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi kbar għandhom juru li l-proċess tal-immaniġġar f'kull installazzjoni fejn fis-sena kalendarja preċedenti jkunu ġew immanniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet daqs jew aktar mil-limitu ta' 1 500 tunnellata huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, billi jiksbu ċertifikat maħruġ minn ċertifikatur.
|
|
Artikolu 6 2
|
2. Sas-17 ta’ Diċembru 2028, u kull erba' snin wara dan, l-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi ta' daqs medju għandhom juru li l-proċess tal-immaniġġar f'kull installazzjoni fejn fis-sena kalendarja preċedenti jkunu ġew immanniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet daqs jew aktar mil-limitu ta' 1 500 tunnellata huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, billi jiksbu ċertifikat maħruġ minn ċertifikatur.
|
|
Artikolu 6 3
|
3. Sas-17 ta’ Diċembru 2030, l-operaturi ekonomiċi li huma intrapriżi żgħar għandhom juru li l-proċess tal-immaniġġar f'kull installazzjoni fejn fis-sena kalendarja preċedenti jkunu ġew immanniġġati pellets tal-plastik fi kwantitajiet daqs jew aktar minn limitu ta' 1 500 tunnellata huwa konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, billi jiksbu ċertifikat maħruġ minn ċertifikatur. Dak iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal ħames snin.
L-operaturi ekonomiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 5(2) wara l-perjodu ta' skadenza taċ-ċertifikat sakemm ma jagħżlux li jġedduh f'konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 6 4
|
4. Iċ-ċertifikaturi għandhom iwettqu kontrolli fuq il-post, inkluż, jekk aċċessibbli, fiż-żoni tal-madwar immedjatament, biex jiżguraw li l-pjan ta' ġestjoni tar-riskju jkun adegwat biex jipprevjeni t-telf tal-pellets tal-plastik u li l-miżuri kollha inklużi fih jiġu implimentati kif xieraq.
|
|
Artikolu 6 5
|
5. Iċ-ċertifikati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a)
|
huma jinħarġu f'konformità mal-formola mudell stabbilita fl-Anness IV u f'forma elettronika;
|
|
(b)
|
huma jispeċifikaw l-operatur ekonomiku, l-installazzjoni koperta miċ-ċertifikat, id-data ta’ kull kontroll fuq il-post imwettaq, u l-perjodu ta' validità;
|
|
(c)
|
huma jiċċertifikaw il-konformità tal-installazzjoni koperta miċ-ċertifikat mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;
|
|
|
Artikolu 6 6
|
6. Mingħajr dewmien żejjed, iċ-ċertifikaturi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan li ġej:
|
(a)
|
iċ-ċertifikati maħruġa;
|
|
(b)
|
iċ-ċertifikati sospiżi jew irtirati;
|
|
(c)
|
bidliet fiċ-ċertifikati.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|