1. L-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr dewmien, kwalunkwe studju li jiġġenera data dwar sustanzi kimiċi u li huma jikkummissjonaw biex jappoġġaw applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju nnotifikat jew ippreżentat lil Awtorità, kif ukoll kwalunkwe studju dwar sustanzi kimiċi waħedhom jew fi prodotti li l-operaturi tan-negozju jikkummissjonaw bħala parti minn valutazzjoni tar-riskju jew tas-sikurezza skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I, il-Parti 1, ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-operaturi tan-negozju ma għandhomx jinnotifikaw lill-Bażi tad-Data tan-Notifiki dwar l-Istudji msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament studji li għandhom jiġu nnotifikati skont l-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.