+Artikolu 19 Rekwiżiti għat-tikkettar diġitali
---+Artikolu 19 1
---+Artikolu 19 2
---+Artikolu 19 3
|
Artikolu 19 Rekwiżiti għat-tikkettar diġitali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1
|
1. Meta d-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi jkollhom tikketta diġitali f'konformità mal-Artikolu 18, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal dik it-tikketta:
|
(a)
|
l-informazzjoni kollha tat-tikkettar imsemmija fil-Parti A tal-Anness V u, fejn applikabbli, il-Parti B ta' dak l-Anness, tingħata flimkien f'post wieħed u tkun separata minn informazzjoni oħra;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali tista' tiġi mfittxija;
|
|
(c)
|
l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali hija aċċessibbli għall-utenti kollha fl-Unjoni;
|
|
(d)
|
l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali hija aċċessibbli permezz tal-mezz ta' data msemmi fl-Artikolu 21(2), il-punt (h);
|
|
(e)
|
l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali hija ppreżentata b'mod li jindirizza wkoll il-ħtiġijiet ta' gruppi vulnerabbli, inkluż il-persuni b'diżabbiltà, u li jippermetti, kif rilevanti, l-adattamenti meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni minn dawk il-gruppi;
|
|
(f)
|
it-tikketta diġitali hija aċċessibbli permezz ta' teknoloġiji diġitali b'użu mifrux u hija kompatibbli mas-sistemi operattivi u l-browsers ewlenin kollha;
|
|
(g)
|
it-tikketta diġitali tibqa' disponibbli għal perjodu ta' 10 snin mid-data li fiha d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ġie introdott fis-suq, inkluż f'każijiet ta' insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li jkun ħoloqha, jew għal perjodu itwal kif meħtieġ skont liġi oħra tal-Unjoni li tkopri l-informazzjoni li jkun fiha;
|
|
(h)
|
meta l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali tkun aċċessibbli f'aktar minn lingwa waħda, l-għażla tal-lingwa ma għandhiex tkun ikkundizzjonata mill-pożizzjoni ġeografika li minnha jkun qed jaċċessaha l-utent finali.
|
|
|
Artikolu 19 2
|
2. L-operaturi ekonomiċi li jipprovdu tikketta diġitali ma għandhomx jittraċċaw, janalizzaw jew jużaw kwalunkwe informazzjoni dwar l-użu għajr dak li jkun assolutament meħtieġ biex l-informazzjoni fuq it-tikketta diġitali tkun provduta online.
|
|
Artikolu 19 3
|
3. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq deterġent jew aġent tensjoattiv disponibbli lill-utenti finali għandhom jipprovdu l-informazzjoni preżenti fuq it-tikketta diġitali b'mezzi oħra fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
fuq talba orali jew bil-miktub mill-utent finali; jew
|
|
(b)
|
meta t-tikketta diġitali ma tkunx disponibbli b'mod temporanju, inkluż fil-ħin tax-xiri.
|
L-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu indipendentement minn xiri ta' deterġent jew ta' aġent tensjoattiv u mingħajr ħlas.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|