3. L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq deterġent jew aġent tensjoattiv disponibbli lill-utenti finali għandhom jipprovdu l-informazzjoni preżenti fuq it-tikketta diġitali b'mezzi oħra fil-każijiet li ġejjin:
|
(a)
|
fuq talba orali jew bil-miktub mill-utent finali; jew
|
|
(b)
|
meta t-tikketta diġitali ma tkunx disponibbli b'mod temporanju, inkluż fil-ħin tax-xiri.
|
L-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu indipendentement minn xiri ta' deterġent jew ta' aġent tensjoattiv u mingħajr ħlas.