10. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina r-rekwiżiti tekniċi bażiċi relatati mal-passaport diġitali tal-prodott għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għall-utenti finali. Id-data ta' applikazzjoni ta' tali att ta' implimentazzjoni ma għandhiex tkun aktar kmieni minn 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-att ta' implimentazzjoni kollu jew ma' ċerti dispożizzjonijiet fih, jew ħlief fil-każ ta' tħassir parzjali jew emenda tal-att ta' implimentazzjoni, fejn tista' tiġi stabbilita data ta' applikazzjoni aktar kmieni. Dawk ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jinkludu mill-anqas dawn li ġejjin:
|
(a)
|
il-mezz ta' data, wieħed jew aktar, li għandu jintuża;
|
|
(b)
|
il-format li bih il-mezz ta' data għandu jiġi ppreżentat u l-pożizzjonament tiegħu;
|
|
(c)
|
l-elementi tekniċi tal-passaport diġitali tal-prodott li għalihom għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali definiti;
|
|
(d)
|
l-atturi li għandu jkollhom aċċess għad-data fil-passaport diġitali tal-prodott u għal liema data għandu jkollhom aċċess;
|
|
(e)
|
l-atturi li għandhom joħolqu passaport diġitali tal-prodott jew jaġġornaw id-data f'passaport diġitali tal-prodott, u liema data jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw; u
|
|
(f)
|
l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni jew l-aġġornament tad-data msemmija fil-punt (e).
|
L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).