+Artikolu 21 Passaport diġitali tal-prodott
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
---+Artikolu 21 5
---+Artikolu 21 6
---+Artikolu 21 7
---+Artikolu 21 8
---+Artikolu 21 9
---+Artikolu 21 10
---+Artikolu 21 11
---+Artikolu 21 12

Artikolu 21 Passaport diġitali tal-prodott

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1

1.   Qabel ma jintroduċi fis-suq deterġent jew aġent tensjoattiv għall-utenti finali, il-manifattur għandu joħloq passaport diġitali tal-prodott għal dak il-prodott. Il-passaport diġitali tal-prodott għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 22.

Artikolu 21 2

2.   Il-passaport diġitali tal-prodott għandu:

(a)

jikkorrispondi għal mudell speċifiku ta' deterġent jew aġent tensjoattiv għall-utenti finali;

(b)

jiddikjara li ntweriet il-konformità ma' dan ir-Regolament tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali;

(c)

ikun fih mill-anqas id-data stipulata fil-Parti A tal-Anness VI;

(d)

ikun preċiż, komplut u aġġornat;

(e)

ikun disponibbli fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali jitqiegħed fis-suq;

(f)

ikun aċċessibbli għall-konsumaturi jew utenti finali oħra, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tad-dwana, il-Kummissjoni u operaturi ekonomiċi oħra f'konformità mad-drittijiet tal-aċċess stabbiliti skont il-paragrafu 10, il-punt (d);

(g)

ikun disponibbli għal perjodu ta' 10 snin mid-data li fiha d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali ġie introdott fis-suq, inkluż f'każijiet ta' insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-operatur ekonomiku li jkun ħoloq il-passaport diġitali tal-prodott;

(h)

ikun konness permezz ta' mezz ta' data ma' identifikatur persistenti uniku tal-prodott; u

(i)

ikun jissodisfa r-rekwiżiti speċifiċi u tekniċi stabbiliti skont il-paragrafu 10.

Artikolu 21 3

3.   Minbarra d-data stabbilita fil-Parti A tal-Anness VI, il-passaport diġitali tal-prodott jista' jkun fih id-data stipulata fil-Parti B ta’ dak l-Anness.

Artikolu 21 4

4.   Il-mezz ta' data msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (h), għandu jkun:

(a)

stampat jew preżenti fiżikament b'xi mod ieħor fuq it-tikketta jew fuq l-imballaġġ tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali, jew fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali jekk jiġu ttrasportati bl-ingrossa, f'konformità mal-att ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 10;

(b)

ma jitħassarx;

(c)

ippożizzjonat b'tali mod li jista' jiġi pproċessat awtomatikament minn apparati diġitali;

(d)

preżenti fl-istazzjon ta' rikarika, għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għall-utenti finali mqiegħda fis-suq permezz ta’ rikarika;

(e)

akkumpanjat mid-dikjarazzjoni “Jekk jogħġbok skennja għal informazzjoni aktar komprensiva dwar il-prodott” jew minn dikjarazzjoni simili; u

(f)

ikun viżibbli għall-konsumatur jew utenti finali oħra qabel kwalunkwe xiri u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż, fejn applikabbli, f'każijiet fejn id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali jitqiegħed fis-suq permezz ta' bejgħ mill-bogħod.

Artikolu 21 5

5.   Meta liġi oħra tal-Unjoni tirrikjedi li l-informazzjoni dwar id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali tkun disponibbli permezz ta' mezz ta' data, għandu jintuża mezz ta' data uniku biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament u liġi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 21 6

6.   Meta liġi oħra tal-Unjoni li tapplika għad-deterġenti u għall-aġenti tensjoattivi għall-utenti finali tirrikjedi passaport diġitali tal-prodott, għandu jinħoloq passaport diġitali tal-prodott uniku għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għall-utenti finali, li jkun fih l-informazzjoni rikjesta minn dan ir-Regolament kif ukoll kwalunkwe data oħra meħtieġa għall-passaport diġitali tal-prodott minn liġi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 21 7

7.   B'deroga mill-paragrafu 2, il-punt (a), meta liġi oħra tal-Unjoni tirrikjedi li l-passaport diġitali tal-prodott jikkorrispondi għal livell ta' lott jew ta' oġġett, il-passaport diġitali tal-prodott għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jista' jinħareġ għal dak il-livell.

Artikolu 21 8

8.   L-operaturi ekonomiċi jistgħu, minbarra d-data msemmija fil-paragrafi 5 u 6, jagħmlu informazzjoni oħra aċċessibbli permezz tal-mezz ta' data msemmi fil-paragrafu 5. F'tali każijiet, dik id-data għandha tiġi separata b'mod ċar mid-data meħtieġa skont dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, skont liġi oħra tal-Unjoni.

Artikolu 21 9

9.   Billi joħloq il-passaport diġitali tal-prodott, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità ma' dan ir-Regolament tad-deterġent jew tal-aġent tensjoattiv għall-utenti finali.

Artikolu 21 10

10.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina r-rekwiżiti tekniċi bażiċi relatati mal-passaport diġitali tal-prodott għad-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi għall-utenti finali. Id-data ta' applikazzjoni ta' tali att ta' implimentazzjoni ma għandhiex tkun aktar kmieni minn 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-att ta' implimentazzjoni kollu jew ma' ċerti dispożizzjonijiet fih, jew ħlief fil-każ ta' tħassir parzjali jew emenda tal-att ta' implimentazzjoni, fejn tista' tiġi stabbilita data ta' applikazzjoni aktar kmieni. Dawk ir-rekwiżiti tekniċi għandhom jinkludu mill-anqas dawn li ġejjin:

(a)

il-mezz ta' data, wieħed jew aktar, li għandu jintuża;

(b)

il-format li bih il-mezz ta' data għandu jiġi ppreżentat u l-pożizzjonament tiegħu;

(c)

l-elementi tekniċi tal-passaport diġitali tal-prodott li għalihom għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali definiti;

(d)

l-atturi li għandu jkollhom aċċess għad-data fil-passaport diġitali tal-prodott u għal liema data għandu jkollhom aċċess;

(e)

l-atturi li għandhom joħolqu passaport diġitali tal-prodott jew jaġġornaw id-data f'passaport diġitali tal-prodott, u liema data jistgħu jintroduċu jew jaġġornaw; u

(f)

l-arranġamenti dettaljati għall-introduzzjoni jew l-aġġornament tad-data msemmija fil-punt (e).

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 32(2).

Artikolu 21 11

11.   L-atturi li jaġġornaw id-data fil-passaport diġitali tal-prodott għandhom ikunu responsabbli għall-akkuratezza tad-data li jipprovdu, ħlief fil-każijiet fejn jaġixxu f'isem il-manifattur.

Artikolu 21 12

12.   L-operatur ekonomiku li jintroduċi fis-suq id-deterġent jew l-aġent tensjoattiv għall-utenti finali għandu:

(a)

jipprovdi lid-distributuri u lill-fornituri tas-swieq online b'kopja diġitali tal-mezz ta' data jew l-identifikatur uniku tal-prodott, kif rilevanti, biex jippermettilhom jagħmlu l-mezz ta' data jew l-identifikatur uniku tal-prodott aċċessibbli għall-klijenti potenzjali li ma jkunux jistgħu jaċċessaw fiżikament il-prodott;

(b)

jipprovdi l-kopja diġitali msemmija fil-punt (a) jew link ta' paġna web mingħajr ħlas, fil-pront u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta jirċievi talba biex jagħmel dan; u

(c)

jagħmel disponibbli kopja ta' riżerva tal-passaport diġitali tal-prodott permezz ta' fornitur tas-servizzi tal-passaport diġitali tal-prodott.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.