10. Sal-1 ta’ Ottubru 2028, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 31 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar diġitali tad-deterġenti. Dawk ir-rekwiżiti għandhom tal-anqas jistabbilixxu liema tipi ta' soluzzjonijiet tal-IT jistgħu jużaw l-operaturi ekonomiċi, u l-mezzi alternattivi għall-għoti tal-informazzjoni dwar it-tikketta diġitali msemmija fl-Artikolu 19.
Meta tadotta l-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
il-ħtieġa li t-tikkettar diġitali ma jikkompromettix is-sikurezza tal-utenti finali u tal-ambjent;
|
|
(b)
|
il-koerenza ma' atti rilevanti oħra tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
il-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni;
|
|
(d)
|
in-newtralità teknoloġika kkaratterizzata min-nuqqas ta' restrizzjonijiet jew preskrizzjonijiet dwar l-għażla tat-teknoloġija jew tat-tagħmir, fil-limiti tal-kompatibbiltà u l-evitar tal-interferenza; u
|
|
(e)
|
il-livell ta' prontezza diġitali fost il-gruppi kollha tal-popolazzjoni fl-Unjoni, kif ukoll il-prontezza tal-infrastruttura bla fili u infrastruttura teknoloġika oħra meħtieġa biex tippermetti aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar id-deterġenti u l-aġenti tensjoattivi.
|