+2. Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità: Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent …
|
2. Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità: Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent …
|
2.
|
Interfaċċa tal-utent u disinn tal-funzjonalità:
Il-prodott, inkluż l-interfaċċa tal-utent tiegħu, għandu jkun fih karatteristiċi, elementi u funzjonijiet, li jippermettu lill-persuni b’diżabilità jaċċessaw, jipperċepixxu, iħaddmu, jifhmu u jikkontrollaw il-prodott billi jiġi żgurat li:
|
(a)
|
meta l-prodott jipprevedi komunikazzjoni, inkluż komunikazzjoni interpersonali, operazzjoni, informazzjoni, kontroll u orjentazzjoni, huwa għandu jagħmel dan permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed; dan għandu jinkludi l-għoti ta’ alternattivi għall-elementi tal-vista, tas-smigħ, tad-diskors u tal-mess;
|
|
(b)
|
meta l-prodott juża d-diskors għandhom jiġu proposti alternattivi għad-diskors u għall-input bil-vuċi għall-komunikazzjoni, it-tħaddim, il-kontroll u l-orjentazzjoni;
|
|
(c)
|
meta l-prodott juża elementi viżivi huwa għandu jipprevedi tkabbir, dija u kuntrast flessibbli għall-komunikazzjoni, l-informazzjoni u l-użu, kif ukoll jiżgura l-interoperabbiltà mal-programmi u t-tagħmir ta’ assistenza biex tiġi nnavigata l-interfaċċa;
|
|
(d)
|
meta l-prodott juża l-kulur biex iwassal informazzjoni, jindika azzjoni, jitlob risposta jew jidentifika elementi, huwa għandu jipprovdi alternattiva għall-kulur;
|
|
(e)
|
meta l-prodott juża sinjali li jinstemgħu biex jagħti informazzjoni, jindika azzjoni, jitlob risposta jew jidentifika elementi, huwa għandu jipprovdi alternattiva għas-sinjali li jinstemgħu;
|
|
(f)
|
meta l-prodott juża elementi viżivi, huwa għandu jipprovdi modi flessibbli biex titjieb iċ-ċarezza tal-viżjoni;
|
|
(g)
|
meta l-prodott juża l-awdjo, huwa għandu jipprovdi kontroll mill-utent tal-volum u l-veloċità, u karatteristiċi awdjo msaħħa inkluż it-tnaqqis ta’ sinjali awdjo ta’ interferenza minn prodotti fil-madwar u ċ-ċarezza tal-awdjo;
|
|
(h)
|
meta l-prodott jeħtieġ operazzjoni u kontroll manwali, huwa għandu jipprevedi kontroll sekwenzjali u alternattivi għal kontroll ibbażat fuq kapaċitajiet motorji fiċ-ċokon, filwaqt li tiġi evitata l-ħtieġa għal kontrolli simultanji għall-manipulazzjoni, u għandu juża partijiet identifikabbli bil-mess;
|
|
(i)
|
il-prodott għandu jevita modi ta’ tħaddim li jeħtieġu moviment estensiv u saħħa kbira;
|
|
(j)
|
il-prodott għandu jevita li jikkawża kriżi fotosensittiva;
|
|
(k)
|
il-prodott għandu jipproteġi l-privatezza tal-utenti meta dawn jużaw l-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà;
|
|
(l)
|
il-prodott għandu jipprovdi alternattiva għall-identifikazzjoni u l-kontroll bijometriċi;
|
|
(m)
|
il-prodott għand jiżgura il-konsistenza tal-funzjonalità u għandu jipprovdi ammonti ta’ żmien suffiċjenti u flessibbli għall-interazzjoni;
|
|
(n)
|
il-prodott għandu jipprovdi software u hardware għall-interfaċċar mat-teknoloġija ta’ assistenza;
|
|
(o)
|
il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għas-settur li ġejjin:
|
(i)
|
terminals self-service:
|
—
|
għandhom jipprevedu teknoloġija tal-qari awtomatiku tat-test;
|
|
—
|
għandhom jippermettu l-użu ta’ kuffji personali;
|
|
—
|
meta jkun meħtieġ rispons bil-ħin, għandhom javżaw lill-utent permezz ta’ aktar minn mezz sensorjali wieħed;
|
|
—
|
għandhom jagħtu l-possibbiltà li jiġi estiż iż-żmien li jingħata;
|
|
—
|
għandu jkollhom kuntrast adegwat u f’każ li jkunu disponibbli buttuni u kontrolli, dawn għandhom ikunu identifikabbli bil-mess;
|
|
—
|
m’għandhomx jeħtieġu li tkun attivata karatteristika ta’ aċċessibbiltà biex utent li jkun jeħtieġ dik il-karatteristika jkun jista’ jużahom;
|
|
—
|
meta l-prodott juża sinjali awdjo jew li jinstemgħu, dan għandu jkun kompatibbli mal-apparati u t-teknoloġiji ta’ assistenza disponibbli fil-livell tal-Unjoni, inkluż teknoloġiji tas-smigħ bħal apparat akustiku (hearing aids), telecoils, impjanti tal-koklea u tagħmir ta’ assistenza għas-smigħ;
|
|
|
(ii)
|
qarrejja elettroniċi għandhom jipprevedu teknoloġija tal-qari awtomatiku tat-test;
|
|
(iii)
|
tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva użat għall-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika:
|
—
|
għandu, meta prodotti bħal dawn minbarra l-vuċi jkollhom l-kapaċità tat-test, jipprevedi li t-test jiġi ttrattat fil-ħin reali u kompatibbiltà ma’ awdjo hifi;
|
|
—
|
għandu, meta l-prodotti jkollhom kapaċitajiet vidjo flimkien ma’ jew f’taħlita ta’ test u vuċi, jipprevedi li tiġi ttrattata l-konverżazzjoni kollha inkluż vuċi sinkronizzata, test f’ħin reali, u vidjo b’riżoluzzjoni li tippermetti l-komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali;
|
|
—
|
għandu jiżgura konnessjoni bla fili effikaċi għal teknoloġiji tas-smigħ;
|
|
—
|
għandu jevita interferenzi ma’ tagħmir ta’ assistenza;
|
|
|
(iv)
|
tagħmir tat-terminals għall-konsumatur b’kapaċità informatika interattiva użat għal servizzi tal-media awdjoviżiva għandu jagħmel disponibbli lill-persuni b’diżabilità l-komponenti ta’ aċċessibbiltà pprovduti mill-fornitur tas-servizzi tal-media awdjoviżiva, għall-aċċess, l-għażla, il-kontroll u l-personalizzazzjoni mill-utent u għat-trasmissjoni lejn tagħmir ta’ assistenza.
|
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|