+ANNESS II

ANNESS II

ANNESS II

EŻEMPJI INDIKATTIVI MHUX VINKOLANTI TA’ SOLUZZJONIJIET POSSIBBLI LI JIKKONTRIBWIXXU BIEX JINTLAĦQU R-REKWIŻITI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ FL-ANNESS I

TAQSIMA I:

EŻEMPJI MARBUTA MAR-REKWIŻITI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ ĠENERALI GĦALL-PRODOTTI KOLLHA KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 2(1)

IR-REKWIŻITI F’SEZZJONI I TAL- ANNESS I

EŻEMPJI

1.

L-għoti ta’ informazzjoni

(a)

(i)

L-għoti ta’ informazzjoni viżwali u li tinħass bil-mess jew informazzjoni viżwali u li tinstema’ li tindika l-post fejn għandha tiġi introdotta kard f’terminal self service sabiex persuni neqsin mid-dawl u mis-smigħ ikunu jistgħu jużawha.

(ii)

L-użu tal-istess kliem b’mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b’diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuha aħjar.

(iii)

Il-provvista ta’ format ta’ riljiev li jinħass bil-mess jew ħoss flimkien ma’ twissija testwali sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jipperċepixxuha.

(iv)

Il-kapaċità għall-persuni b’vista batuta li jaqraw test.

(b)

(i)

Il-provvista ta’ fajls elettroniċi li jistgħu jinqraw minn kompjuter bl-użu ta’ qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw l-informazzjoni.

(ii)

L-użu tal-istess kliem b’mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b’diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuhom aħjar.

(iii)

Il-provvista ta’ sottotitoli meta jingħataw struzzjonijiet f’vidjo.

(iv)

Il-kapaċità għall-persuni b’vista batuta li jaqraw it-test.

(v)

L-istampar bil-Braille, sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużawhom.

(vi)

Deskrizzjoni testwali flimkien ma’ dijagramma li tidentifika l-elementi ewlenin jew li tiddeskrivi l-azzjonijiet prinċipali.

(vii)

Ma ngħatax eżempju

(viii)

Ma ngħatax eżempju

(ix)

L-inklużjoni ta’ socket u software f’magni awtomatiċi tal-flus li jippermettu li titqabbad kuffja li tirċievi t-test fuq l-iskrin fil-forma ta’ ħoss.

2.

Eżempji marbuta mal-interfaċċa tal-utent u d-disinn tal-funzjonalità

(a)

L-għoti ta’ struzzjonijiet fil-forma ta’ vuċi u test, jew billi jiġu inkorporati sinjali li jinħassu f’tastiera, sabiex dawk il-persuni neqsin mid-dawl jew bi smigħ batut ikunu jistgħu jinteraġixxu mal-prodott.

(b)

F’terminal self-service, pereżempju minbarra struzzjonijiet mitkellma, jiġu offerti struzzjonijiet fil-forma ta’ test jew stampi sabiex persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jwettqu l-azzjoni meħtieġa wkoll.

(c)

Il-possibbiltà li l-utenti jkabbru test, jiżżumjaw fuq pittogramma partikolari jew iżidu l-kuntrast, sabiex persuni b’vista batuta jkunu jistgħu jipperċepixxu l-informazzjoni.

(d)

Minbarra li tingħata l-għażla bejn l-għafsa tal-buttuna l-ħadra jew l-ħamra għall-għażla ta’ opzjoni, fuq il-buttuni jkun hemm miktub x’inhuma l-opzjonijiet, sabiex persuni li ma jagħrfux il-kuluri jkunu jistgħu jagħżlu.

(e)

Meta kompjuter jagħti sinjal ta’ żball, jingħata test bil-miktub jew immaġni li tindika l-iżball, sabiex persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jintebħu li qed isir żball.

(f)

Il-possibbiltà ta’ żieda fil-kuntrast fi stampi fuq sfond sabiex persuni b’livell baxx tal-vista jkunu jistgħu jarawhom.

(g)

Il-possibbiltà li utenti tat-telefon jagħżlu l-volum tal-ħoss u jnaqqsu l-interferenza mal-apparat akustiku sabiex il-persuni bi smigħ batut ikunu jistgħu jużaw it-telefon.

(h)

Il-buttuni fuq l-iskrins li jitħaddmu bil-mess ikunu magħmula akbar u mifruda sew sabiex persuni bir-rogħda jkunu jistgħu jagħfsuhom.

(i)

Jiġi żgurat li l-buttuni li għandhom jingħafsu ma jkunux jeħtieġu ħafna forza sabiex persuni li għandhom indebolimenti motorji jkunu jistgħu jużawhom.

(j)

L-istampi li jteptpu jkunu evitati sabiex persuni li jista’ jaqbadhom attakk ta’ epilessja ma jkunux f’riskju.

(k)

Il-possibbiltà tal-użu ta’ kuffji meta tingħata informazzjoni mitkellma minn ATM.

(l)

Bħala alternattiva għall-qari tal-marki tas-swaba’, ikun possibbli għal utenti li ma jistgħux jużaw idejhom li jagħżlu password biex isakkru jew jiftħu apparat telefoniku.

(m)

Jiġi żgurat li software jirreaġixxi b’mod prevedibbli meta titwettaq azzjoni partikolari u jingħata ħin biżżejjed biex tiddaħħal il-password sabiex ikun faċli li jintuża minn persuni b’diżabilità intellettwali.

(n)

L-offerta ta’ konnessjoni ta’ wiri bil-Braille li jista’ jiġġedded sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużaw il-kompjuter.

(o)

Eżempji ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-settur

(i)

Ma ngħatax eżempju

(ii)

Ma ngħatax eżempju

(iii)

L-ewwel inċiż

Il-provvista ta’ telefon ċellulari li permezz tiegħu għandhom ikunu jistgħu jsiru konverżazzjonijiet b’test f’ħin reali sabiex il-persuni bi smigħ batut ikunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni b’mod interattiv.

(iii)

Ir-raba’ inċiż

Il-possibbiltà tal-użu simultanju ta’ vidjo biex jintwerew il-lingwa tas-sinjali u t-test biex jinkiteb messaġġ, sabiex żewġ persuni neqsin mis-smigħ ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin jew ma’ persuna li tisma’.

(iv)

Jiġi żgurat li s-sottotitoli jkunu trażmessi permezz tal-kaxxa tad-decoder għall-użu minn persuni neqsin mis-smigħ.

3.

Servizzi ta’ appoġġ Ma ngħatax eżempju

 

 

TAQSIMA II:

EŻEMPJI MARBUTA MAR-REKWIŻITI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ GĦALL-PRODOTTI FL-ARTIKOLU 2(1), ĦLIEF GĦAT-TERMINALS SELF SERVICE MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)(b)

IR-REKWIŻITI F’SEZZJONI II TAL- ANNESS I

EŻEMPJI

L-imballaġġ u l-istruzzjonijiet tal-prodotti

(a)

L-indikazzjoni fl-imballaġġ li t-telefon għandu karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità.

(b)

(i)

Il-provvista ta’ fajls elettroniċi li jistgħu jinqraw minn kompjuter bl-użu ta’ qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni.

(ii)

L-użu tal-istess kliem b’mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b’diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuha aħjar.

(iii)

Il-provvista ta’ format ta’ riljiev li jinħass jew ħoss meta tkun preżenti twissija b’test sabiex il-persuni neqsin mid-dawl jirċievu t-twissija.

(iv)

Il-persuni b’vista batuta jingħataw il-possibbiltà li jaqraw it-test.

(v)

L-istampar bil-Braille, sabiex persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jaqrawh.

(vi)

Is-supplementar ta’ dijagramma b’deskrizzjoni testwali li tidentifika l-elementi ewlenin jew li tiddeskrivi l-azzjonijiet prinċipali.

TAQSIMA III:

EŻEMPJI MARBUTA MAR-REKWIŻITI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ ĠENERALI GĦAS-SERVIZZI KOLLHA KOPERTI MINN DIN ID-DIRETTIVA F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 2(2)

IR-REKWIŻITI F’SEZZJONI III TAL- ANNESS I

EŻEMPJI

L-għoti ta’ servizzi

(a)

Ma ngħatax eżempju

(b)

(i)

Il-provvista ta’ fajls elettroniċi li jistgħu jinqraw minn kompjuter bl-użu ta’ qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni.

(ii)

L-użu tal-istess kliem b’mod konsistenti, jew bi struttura ċara u loġika, sabiex il-persuni b’diżabilità intellettwali jkunu jistgħu jifhmuha aħjar.

(iii)

L-inklużjoni ta’ sottotitoli meta jingħata vidjo bl-istruzzjonijiet.

(iv)

Il-persuni neqsin mid-dawl jingħataw il-possibbiltà li jużaw fajl billi jistampawh bil-Braille.

(v)

Il-persuni b’vista batuta jingħataw il-possibbiltà li jaqraw it-test.

(vi)

Deskrizzjoni testwali flimkien ma’ dijagramma li tidentifika l-elementi ewlenin jew li tiddeskrivi l-azzjonijiet prinċipali.

(vii)

Meta fornitur ta’ servizz joffri USB-key b’informazzjoni dwar is-servizz, dik l-informazzjoni tkun aċċessibbli.

(c)

Il-provvista ta’ deskrizzjoni b’test ta’ stampi, il-funzjonalità kollha tkun disponibbli fuq tastiera, l-utenti jingħataw ħin biżżejjed biex jaqraw, il-kontenut ikun jidher u jopera b’mod prevedibbli, u tingħata kompatibbiltà ma’ teknoloġiji ta’ assistenza, sabiex il-persuni b’diżabilitajiet differenti jkunu jistgħu jaqraw u jinteraġixxu ma’ sit web.

(d)

Ma ngħatax eżempju

TAQSIMA IV:

EŻEMPJI MARBUTA MA’ REKWIŻITI ADDIZZJONALI TA’ AĊĊESSIBBILTÀ GĦAL SERVIZZI SPEĊIFIĊI

IR-REKWIŻITI F’SEZZJONI IV TAL- ANNESS I

EŻEMPJI

Servizzi speċifiċi

(a)

(i)

Il-possibbiltà lill-persuni bi smigħ batut biex ikunu jistgħu jiktbu u jirċievu test b’mod interattiv u f’ħin reali.

(ii)

Il-possibbiltà lill-persuni neqsin mis-smigħ li jużaw il-lingwa tas-sinjali biex jikkomunikaw bejniethom.

(iii)

Il-possibbiltà li l-persuni b’diżabilità fit-taħdit u s-smigħ li jagħżlu li jużaw taħlita ta’ test, vuċi u vidjo, ikunu jafu li l-komunikazzjoni ntbagħtet lis-servizz ta’ emerġenza permezz tan-netwerk.

(b)

(i)

Il-possibbiltà li l-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jagħżlu l-programmi fuq it-televiżjoni.

(ii)

L-appoġġ tal-possibbiltà tal-għażla, tal-personalizzazzjoni u tal-wiri tas-“servizzi ta’ aċċess” bħal sottotitoli għal dawk neqsin mis-smigħ jew dawk bi smigħ batut, deskrizzjoni bl-awdjo, sottotitoli mitkellma u interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, bil-provvista ta’ mezzi għal konnessjoni mingħajr fili effettivi għat-teknoloġiji għas-smigħ jew bil-provvista ta’ kontrolli tal-utent biex jiġu attivati “servizzi ta’ aċċess” għal servizzi tal-media awdjoviżiva fl-istess livell ta’ prominenza bħall-kontrolli tal-media primarji.

(c)

(i)

Ma ngħatax eżempju

(ii)

Ma ngħatax eżempju

(d)

Ma ngħatax eżempju

(e)

(i)

Id-djalogi għall-identifikazzjoni fuq l-iskrin ikunu kapaċi jinqraw minn qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużawhom.

(ii)

Ma ngħatax eżempju

(f)

(i)

Il-possibbiltà lill-persuni bid-dislessija li jaqraw u jisimgħu test fl-istess ħin.

(ii)

Il-kapaċità li t-test u l-awdjo joħorġu sinkronizzati jew tkun tista’ tingħata traskrizzjoni bil-Braille li tista’ tiġġedded.

(iii)

Il-possibbiltà lill-persuni neqsin mid-dawl li jkunu jistgħu jaċċessaw l-indiċi jew jibdlu l-kapitoli.

(iv)

Ma ngħatax eżempju

(v)

Jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tagħhom ikunu disponibbli fil-fajl elettroniku sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiġu infurmati.

(vi)

Jiġi żgurat li ma jkunx hemm ibblukkar, per eżempju li l-miżuri ta’ protezzjoni teknika, l-informazzjoni ta’ ġestjoni tad-drittijiet jew kwistjonijiet ta’ interoperabilità ma jostakolax li t-test jinqara b’vuċi għolja mit-tagħmir ta’ assistenza, biex l-utenti neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jaqraw il-ktieb.

(g)

(i)

Jiġi żgurat li l-informazzjoni disponibbli dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà ta’ prodott ma titħassarx.

(ii)

L-interfaċċa tal-utent għas-servizzi tal-ħlas issir disponibbli permezz tal-vuċi sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jixtru online b’mod indipendenti.

(iii)

Id-djalogi għall-identifikazzjoni fuq l-iskrin ikunu kapaċi jinqraw minn qarrejja tal-iskrin sabiex il-persuni neqsin mid-dawl ikunu jistgħu jużawhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.